FZL Blog

Infasslu direzzjoni gdida flimkien

Posted on 11/23/2011 by SuperUser Account
image

Fi zmien meta dejjem aktar zghazagh jixtiequ jaraw politika differenti minn dik tal-bierah, huwa essenzjali liz-zghazagh isibu lil min jismaghhom u jifhimhom...


Ghalhekk huwa l-pjacir tieghi li nkun minn tal-ewwel li naghmel kuntatt maghkom b’dan il-blog. Il-blog tal-fergha taz-zghazagh, li ghandha rwol krucjali fil-Partit Laburista u fil-moviment li qed nibnu flimkien.

L-isfidi taz-zghazagh bhalissa huma kbar.  Ewlenin fost l-isfidi li ghandna, hemm dik tal-libertà li wiehed jesprimi ruhu kif jixtieq. Inhoss li fuq dan il-punt, pajjizna ghadu mhux Ewropew bizzejjed. Nemmen li fadlilna hafna x’naqdfu biex iz-zghazagh ihossuhom komdi jghidu dak li jhossu, anke jekk dan jisfida n-norma.  

Fl-ahhar xhur graw wisq avvenimenti li giegheluni nirrifletti fuq x’irwol ghandu jkollhom iz-zghazagh. Ma rridx nara socjetà li ssikket  liz-zghazagh. Socjetà tal-Big Brother li iktar mohhha biex taghlaq halq lil min jisfida l-istatus quo.

F’dan it-taqlib li ghaddejja minnu d-dinja, iz-zghazagh issa ghandhom rwol ikbar. Jien nghid li l-futur jiddependi miz-zghazagh tal-llum. L-irwol tagha l-politici allura huwa proprju li nnisslu fiducja fiz-zghazagh.

U dik hija l-isfida l-kbira l-ohra. Li nnisslu l-fiducja li l-affarijiet jistghu jsiru ahjar f’dan il-pajjiz.

Mhux facli meta tiret aktar problemi milli gid. Imma quddiemna ghandna zewg ghazliet. Nistghu nistriehu fuq id-decizjonijiet skaduti tal-bierah u naqtghu qalbna mill-futur. Jew nistghu nbiddlu dawn l-isfidi f’opportunitajiet biex infasslu d-direzzjoni li nixtiequ li tiehu Malta. Jien immur ghat-tieni ghazla.

 Ghalhekk dhalt fil-politika, biex inbiddel.

Imma biex infassal din id-direzzjoni, ma nistax inkun wahdi. Mieghi ghandi bzonn l-energija, il-holm, u l-ideat taz-zghazagh kollha li jixtiequ jaraw lill-pajjiz taghhom differenti. Irrid nisma’ minghand dawk kollha li ma jhossuhomx komdi bid-decizjonijiet li qed jittiehdu f’pajjizna. Lest nisma’ minghand dawk li ddejqu bl-istatus quo, u joholmu b’pajjiz li minflok jifnilhom l-opinjoni taghhom, iheggighom jersqu ‘l quddiem u jghiduha kif jaghsbuha.

Kulhadd ghandu l-ideat u l-vizjoni tieghu ta’ kif jixtieq jara lil dan il-pajjiz. L-iktar idea zghira kapaci tizviluppa f’soluzzjoni ta’ generazzjoni shiha.

Minn hawn inheggek biex tahseb f’dak li tixtieq tara differenti f’Malta u f’Ghawdex. Dak li thoss li jrid jinbidel u lejn xiex ghandna nharsu. Fuq kollox, inheggek biex tersaq ‘il quddiem bl-ideat tieghek, u taqsamhom maghna. Perswaz li flimkien nistghu ndahhlu lura l-kuncett ta’ tmexxija bil-ghaqal, biex b’hekk, l-aspirazzjonijiet tac-cittadini taghna, jsiru l-aspirazzjonijiet tal-pajjiz.
 
Perswaz li bi tmexxija bil-ghaqal, jirnexxielna ndahhlu stabbiltà fil-futur taz-zghazagh.

Nisma’ minghandek.

Joseph

Comments

 
Login Forum Zghazagh Laburisti
Copyright 2011 - Developed by www.alandarmanin.com