FZL Blog

Iz-Zghazagh fil-Konferenza Generali

Posted on 1/26/2012 by SuperUser Account

Iz-zghazagh protagonisti tal-Konferenza Generali tal-Partit Laburista: Ghaqal fit-Tmexxija, Progress u Stabbiltà...




Antoine Saliba:


Kien 61 sena ilu li l-Partit waqqaf l-Ghaqda Zghazagh Laburisti, li kibret u ssahhet u llum hija krucjali sabiex zghazagh bhali jinghataw l-ispazju biex jahdmu fil-politika u jhossuhom utli ghall-pajjizna. Nemmen li llum m’ghadux iz-zmien fejn iz-zghazagh jintuzaw biex igibu il-voti jew biex joqghodu fuq wara bhala sfond. Iz-zghazagh ghandhom jinghataw ir-responsabbiltà biex imexxu b’ghaqal. Huwa l-ghaqal li jgib l-istabbiltà li tant jehtieg pajjizna. L-anzjani f’hdan il-Partit Laburista huma il- punt ta’ tluq ghalina z-zghazagh u l-punt ta’ referenza u ghandna inharsu lejn il-kisbiet li ghamlu huma biex jkunu ispirazzjoni ghalina. Spicca iz-zmien tan-numerus clausus, fejn studenti b’holma ta’ professjoni ma jithallewx jidhlu f'kors. Ghandna bzonn inkunu id-difensuri tal-familja u mhux politici ghall flus. Kif iggib silta mill-Innu tal-Partit, tiddeskrivi l-ahjar il-Partit Laburista: “taghder qalbna l-guh u l-faqar, dmughna jkun ghall-mnikktin, sew hilitna kemm sahhitna, hienja naghtu ghal-fqajrin”.


Christina Sammut:


Il-messagg politiku ta’ Joseph Muscat li ninghaqdu f’moviment ghal pajjiz ahjar ispirani biex nimpenja ruhi b’mod attiv. Kien proprju ghalhekk li qeda naghti sehemi u se nkun qeda nikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Nemmen bis-shih liz- zghazagh ghandu jkollhom sehem fit-tmexxija ta’ pajjizna. Kienet idea tassew f’waqtha li jitnieda l-progett Start: progett li qed jghin u jheggeg zghazagh ohra bhali sabiex jinvolvu rwiehom fil-politika. Ejja ma nibqghux biss nikkritikaw u ma naghmlu xejn. Hemm bzonn li noffru l-ideat taghna. Il-Partit Laburista llum qieghed iwassal messagg biex fit-tmexxija ta’ pajjizna jkun hemm l-ghaqal. Ahna z-zghazagh rridu nibnu futur u hemm bzonn li nassiguraw li sa mill-llum l-affarijiet jibdew jitmexxew b’mod ghaqli. Jekk aktar zghazagh jaghtu sehemhom, nistghu nkunu parti mis-success kemm tal-lum kif ukoll ta’ ghada.



Sean Meli:


Ahna bhala Partit differenti fuq il-Kunsilli Lokali, ahna ma nkissrux Kunsill Lokali u mbaghad naghtuh ultimatum sabiex igib daru f’posta. Hekk kif ta’ qabilna holmu u hadmu, ahna rridu noholmu u nahdmu halli flimkien inhallu socjetà ahjar milli sibniha. Wasal iz-zmien li niddiskutu kif Care Order ghandha tkun iffirmata mill-Ministru tal-Affarijiet Socjali? Ghandna naghtu aktar sahha lill-ufficju tal-Kummissarju tat-tfal u nweghdu li ebda politiku jinhatar f’din il-kariga? Ghandna naraw li nahsbu mill-gdid fuq il-Beneficcji Socjali, fosthom indahhlu kuncetti ta’ family breaks billi familji jkollhom leave specjali dedikat ghal familja billi flimkien iz-zewg partijiet ikollhom quality time u f’dawn il-jiem jinghataw tahrig dwar parental skills u temi ohra.



Veronica Barbara:


Ahna z-zghazagh involuti fil-qasam politiku qeghdin insemmu lehinna fost l-apatija tal-generazzjoni taghna, generazzjoni li tilfet kull fiducja fil-politikanti ta’ pajjizna. Kif tista’ tlumhom? Ghal dawn l-ahhar snin il-Partit Nazzjonalista temaghhom gvern li jahseb ghall-interessi tal-ftit, tmexxija minghajr ghaqal u politika zleali. Dmirna hu li nahdmu biex Gvern Laburista jerga’ jaghti lura lil dawn iz-zghazagh il-fiducja li tilfu. Il-FZL gà beda jindirizza din is-sitwazzjoni, b’vizjoni friska li m’hiex imxekkla mill-omofobija, l-attitudni sessista, l-pregudizzji u l-medjokrità. Komplejna nikbru u nissahhu ghaliex il-mexxej taghna Joseph Muscat gharaf il-potenzjal taghna u dejjem jara kif jinkludi l-perspettiva taghna fil-hidma kollha tal-Partit. Flimkien mat-tim ta’ esperti li gabar madwaru u l-entuzjazmu tal-moviment tieghu, Joseph Muscat jista’ jerga’ jaghti lil pajjizna tmexxija li tiggverna u mhux li timponi.



Clint Camilleri:


Il-Partit Laburista f’dawn l-ahhar erbgha snin inbidel. Illum, ahna d-delegati, ma’ nirrapprezentawx biss lill-Partit Laburista izda nirrapprezentaw lill-familja hafna ikbar ta’ progressivi u moderati li ghandna l-istess ghan - Malta isbah, Malta ahjar, Malta l-aqwa fl-Ewropa! Ahna z-zghazagh se jkunu parti integrali fil-bidla ta’ dan il-pajjiz. Nemmen li bl-energija taz-zghazagh u bl-esperjenza tal-anzjani se naslu. Numru sabih ta’ zghazagh se jkunu qeghdin jikkontestaw il-kunsilli lokali b'ghaqal u b'impenn lejn il-poplu taghna.





James Piscopo:


Djalogu - Ghaqda - Ghaqal fit-tmexxija. Il-futur ta’ dan il-moviment progressiv se jkun ikkaratterizzat bit-tmexxija l-gdida ta' Joseph Muscat: mhux bidla estetika imma ta’ kif jiffunzjona. Tmexxija xierqa billi morna fit-toroq, hassejna il-polz tan-nies u attirajna lejna nies u zghazagh ġodda u utli ghal politika. Djalogu li bena Oppozizzjoni li mhux tikkritika u topponi biss imma li tfassal proposti, vizjoni cara u li taghmel sens aktar minn pozizzjonijiet li ha l-gvern, b’gejjieni ta’ ghaqal fit-tmexxija. Dan kollu jista’ jsehh biss permezz tal-ghaqda. It-triq ‘il quddiem hija int, jien, ahna lkoll. L-entuzjazmu taghna iz-zghazagh flimkien mall-esperjenza taghkom lkoll. Hija id-determinazzjoni li, pass wara pass, nibdew din it-triq flimkien: mhux biex sempliciment nghidu li rbahna l-gvern, izda biex nwettqu dak li nemmnu fih.Il-Passat tal-Partit Laburista huwa glorjuz. Izda wasal iz-zmien li nharsu l’quddiem, u nkomplu niktbu din l-istorja ahna.


Rosianne Cutajar:

Minbarra l-gurnalizmu, x-xoghol ewlieni tieghi huwa ta’ ghalliema u ma nistax ma nharisx lejn l-ghaqal mill-lenti tat-tmexxija edukattiva. Sa mill-bidu tal-involviment tieghi fis-settur edukattiv, stajt nifhem ahjar in-nuqqas li hawn f’dan is-settur; settur li suppost ghandu jkun wiehed mill-pedamenti tal-ekonomija f’pajjizna. Illum fis-sena 2012, filwaqt li l-UE qieghda tahdem biex r-rata ta’ studenti li johorgu mill-iskola bla kwalifiki tinzel ghal 10%, Malta tinsab fil-quccata ta’ din il-lista, b’aktar minn 36% tal-istudenti Maltin johorgu bla kwalifiki. Zgur li mhux sinjal ta’ progress.

Fil-prezent ghandna gvern li ghalih l-edukazzjoni tfisser biss l-bini ta’ skejjel godda. Huwa tajjeb li nahdmu u nitghallmu f’ambjent sabih, izda edukazzjoni tajba ma tfissirx biss gebel modern, izda ghalliema u Lsa’s kompetenti, b’taghlim li jkopri kemm il-bzonnijiet tal-individwu kif ukoll tal-ekonomija taghna. Inutli niftahru bi statistika fiergha, ghaliex ir-realtajiet huma ferm differenti, l-poplu ma jghix fuq il-karti u r-reklamar sabih, izda jghix il-fatti tal-hajja. U l-fatti juru li minkejja kull forma ta’ riforma li pprovat issir, is-sistema tal-edukazzjoni qieghda tfalli.

Max Zammit:

Joseph Muscat b’ghaqal mexxa lill-Partit Laburista fl-aqwa direzzjoni u ghalkemm fl-Oppozizzjoni, kien strumentali anki fuq bazi nazzjonali. Jiguni f’mohhi il-kwistjoni tal-onorarja fejn l-Oppozizzjoni kienet ta’ ezempju ghall-nazzjon shih; it-taxxa ngusta tar-registrazzjoni fuq il-karozzi li l-Partit Laburista ghadu sal-lum jissielet ghal eluf ta’ Maltin u Ghawdxin fil-Qorti, huma ta’ liema kulur huma. Ma nistax ma nsemmix ukoll il-pozizzjoni gusta u tolleranti li ha l-Partit Laburista fid-dhul tal-ligi tad-divorzju, il-proposta tal-Kon-Katidral ta’ San Gwann u l-involviment id f’id mal-Gvern fuq il-kwistjoni tal-Libja, fost hafna ohrajn li juru tmexxija ghaqlija mill-Partit Laburista. Dr Muscat kien strumentali sabiex nibda’ ninvolvi ruhi fil-Partit u llum jien kburi li qieghed hawn nindirizza dil-konferenza ghall-ewwel darba. Dan ghaliex jien hassejt li ma stajtx noqghod gallarija nikkritika ghaliex il-Partit ghadu fl-Oppozizzjoni, izda ridt nxammar il-kmiem u naghti dak li naf lill-Partit. Taht it-tmexxija ta’ Joseph Muscat dan kien possibbli. Sibt quddiemi zaghzugh bhali li fetah il-bibien lili u mijiet ta’ zghazagh ohra bhalu sabiex nkunu strumentali fil-politika tal-Partit. Joseph Muscat offra sens ta’ tmexxija li taghti liz-zghazagh tama gdida ghall-futur b’opportunitajiet awqa ghall-karriera li jixtiequ jsegwu, li toffri serhan tal-mohh lilhom u l-familji taghhom. Illum ninsab kburi bis-sehem tieghi u ta’ shabi fil-Forum Zghazagh Laburisti fi hdan il-Partit Laburista.

Mariette Borg:

Il-Partit Laburista huwa d-dar ta’ kull min ghandu ghal qalbu l-ghaqal, il-progress u l-istabiltà. Il-Partit Laburista minn dejjem stinka ghall-progress u l-inkluzjoni socjali. Bosta mizuri huma xhieda ta’ dan, fosthom insibu d-dritt tal-vot lin-nisa u l-salarji ugwali ghan-nisa u rgiel. Il-Partit Laburista dejjem emmen fil-kapacità tal-mara. Hatar l-ewwel Ministru, l-ewwel President tar-Repubblika u l-ewwel Speaker mara u ghandu l-aktar membri parlamentari nisa fil-Kamra tar-Rapprezentanti. Madanakollu r-rapprezentanza femminili fil-Parlament Malti hija l-inqas wahda mill-iStati membri tal-Unjoni Ewropea. Hemm bzonn ta’ rapprezentazzjoni akbar tan-nisa fix-xena politika sabiex in-nisa jiehdu sehem dirett f’decizjonijiet li jolqtu lilhom direttament.

In-nisa li jidhlu ghal dan l-impenn huma nisa ta’ dedikazzjoni kbira u hasra li biex mara tasal ghal din il-pozizzjoni issib sfidi kbar. F’Malta m’ghandniex bizzejjed strutturi sabiex jghinu lill-familji u l-parti l-kbira tar-responsabbiltà taqa’ fuq il-mara. Izda bhalma turi l-istorja tal-Partit Laburista, fiducjuza hafna li l-mara se jkollha l-ghajnuna mehtiega sabiex tkun tista’ taghti sehemha fil-politika minghajr ma jkollha ghalfejn taghzel bejn il-hidma taghha fil-politika u l-familja.

Il-Partit Laburista, permezz tal-progett zaghzugh u energetiku Re-Discover Re-Think Re-Act, qieghed jaghti l-opportunità lin-nisa u kemm lill-irgiel sabiex jesprimu l-ideat taghhom fuq il-partecipazzjoni femminili f’bosta setturi tas-socjetà. Nemmen li l-Partit Laburista, b’ghaqal, se jkun il-Partit li se jgib dan il-progress fid-dinja femminili u se jkun il-Partit li ser ihajjar hafna zghazagh, b’mod specjali nisa, sabiex ikunu attivi fuq bazi lokali u nazzjonali.

Daniel Micallef:

Cert li din il-generazzjoni se tkun il-protagonista ta’ kapitlu gdid fl-istorja politika ta’ pajjizna, kapitlu li fih iridu naraw li pajjizna jaghmel dak il-pass ‘il quddiem sabiex verament isir Demokrazija Ewropea. Iridu naraw li l-istituzzjonijiet li suppost jiggarantixxu d-demokrazija f’pajjizna, jkunu qeghdin jahdmu sew. Parlament ma jibqax amateur part-time u li fih ir-rapprezentanti jkollhom l-ghodod kollha sabiex isir l-iskrutinju u r-ricerka mehtiega ghal ahjar politika fl-interess tal-poplu.

S’issa l-unika haga li l-Gvern ipprova jghollilha l-istandard kienu l-pagi u z-zidiet li l-Ministri taw lilhom infushom. Nhares ‘il quddiem li nkunu ahna li nersqu ‘l boghod mill-politika parrokkjali u d-divizjoni tat-tribujiet; politika li tkun mfassla minn nies b’sfond tekniku f’oqsma varji li jkopru l-htigijiet tas-socjetà u tal-ekonomija Maltija. Nemmen li bil-kuncett ta’ moviment li nieda Joseph Muscat, bdejna mixjin b’pass tajjeb f’dik id-direzzjoni.

Nixtieq nara pajjiz fejn il-prioritajiet ikunu mfasslin b’ghaqal;
fejn kulhadd jista’ jesprimi ruhu b’mod liberu;
fejn hadd ma jindahal x’isir fil-kmamar tas-sodda tan-nies;
fejn l-adulti ma jkunux trattati ta’ tfal u jaghzlu huma xi ktieb iridu jaqraw jew x ‘opra teatrali jaraw;
fejn il-burokrazija ma tkunx aktar importanti minn negozjant iz-zghir jew mill-konsumatur;
fejn il-pagi jkunu jaghmlu sens komparati mall-gholi tal-hajja, mall-prezzijiet tal-propjetà, mal-prezzijiet tal-ikel u tal-bzonnijiet tal-familji;
fejn il-haddiem ikollu kundizzjonijiet dicenti;
fejn ma jimpurtax x’inhu s-sess jew l-orjentazzjoni sesswali tieghek;
fejn l-istabbiltà tal-pajjiz tigi ‘l fuq mis-siggu tal-poter;
fejn il-linja bejn Gvern u Partit tkun wahda cara hafna;
fejn kull tifel u tifla jkollhom l-istess opportunitajiet li jirnexxu, rrilevanti min huma l-genituri taghhom;
fejn l-edukazzjoni w is-sahha ma jkunux ballun politiku.

Dawn l-aspirazzjonijiet huma ftit mir-ragunijiet wara l-involviment tieghi u ta’ shabi f’dan il-Partit.

Nikita Alamango:

Iz-zmien tal-opportunitajiet ghal Maltin u l-Ghawdxin kollha. Iz-zmien ta’ Stagun Politiku Gdid. Ilkoll naqblu li l-Parit Laburista mhux illum sar jipprovdi l-opportunitajiet lill-kulhadd. Jekk inharsu lura lejn Gvernijiet Laburisti, forsi malajr jkun hemm min ipingi l-istorja kerha. Izda ftit jsemmu r-riformi kbar li ghamel il-Partit Laburista fil-Gvern dak iz-zmien. Dawk jistghu servu biss ta’ mera, mera ta’ gid ghal dak li jista’ jgib mieghu Gvern Laburista.

L-aktar haga li ghozz dan il-Partit matul l-ahhar snin kienet l-ghaqda: nsejna d-differenzi ta’ bejnietna u ssahhahna. Bil-hila ta’ Joseph Muscat urejna li anke mill-Oppozizzjoni konna rilevanti ghall-pajjizna: mid-dritt tad-divorzju ghad-dritt tal-leave tal-maternità u l-Honoraria. Hdima biex l-isfidi, l-opportunitajiet u l-prioritajiet l-aktar importanti ghal familji Maltin u Ghawdxin jibqghu fuq nett tal-agenda ta’ pajjizna. Pajjiz li tassew jkun l-aqwa fl-Ewropa.

Roderick Spiteri:


Illum il-gurnata naghrfu u naghtu importanza liema bhala lill-attivizmu taz-zghazagh fl-oqsma kollha tas-socjetà taghna u il-hidma taz-zghazagh fi hdan il-Partit Laburista. Fl-istess waqt, nirrikonoxxu l-isfidi burokratici li ghandhom quddiemhom zghazagh li bhali se jkunu qeghdin jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’Marzu li gej. Jehtieg li l-problemi ta’ burokrazija li jezistu fil-MEPA jigu ndirizzati mill-aktar fis possibbli sabiex tassew il-hidma u l-attivizmu tal-hafna jkun ta’ gid ghal kommunità taghna. Dan kollu ghandu jsehh b’attivizmu dejjem akbar taz-zghazagh, billi nkunu partecipi fit-tfassil tat-tmexxija ta’ dan il-pajjiz, ghaliex ahna z-zghazagh ghandna l-energija pozittiva u rieda li naghmlu tassew d-differenza.



Carlo Stivala:


Bl-ghajnuna tal-amministrazzjoni, tal-Forum Zghazagh Laburisti u l-progett Start se nkun fost iz-zghazagh kandidati godda ghall-elezzjonijiet lokali. Sfida gdida ghal gejjieni taghna lkoll li b'tahlita ma’ l-esperjenza ta'dawk ta’ qabilna flimkien ma; dawk prezenti zgur nistghu naghtu kontribut siewi. Neghlbu l burokrazija li tirrenja fil-lokalitajiet taghna u nahdmu fil-kollettiv sabiex nkunu dejjem qrib il-poplu. Tmexxija lokali ghalina tfisser hafna. Hi stimulu kbir ghal kull resident u ghal Partit taghna, li naghtu l-ezempju kontra l-burokrazija u mmexxu lokalment b’ghaqal u nilqghu b’idejna miftuha kull min jixtieq jinghaqad mall-moviment taghna. Id-determinazzjoni u l-energija taghna z-zghazagh jgeghluna niehdu ghal dan il-pass sabiex tassew naraw ghaqal fit-tmexxija.



Cain Grech:


Il-Partit Laburista dejjem hadem sabiex kattar it-talenti taz-zghazagh u mhux ghakkishom. Iz-zghazagh joffru energija, nnovazzjoni u ghatx ghall-hidma u l-bidla ghall-ahjar, assi importanti ghal tmexxija bil-ghaqal fil-lokalitajiet taghna. Nipproponi lid-decizjonijiet jibdew jittiehdu aktar qrib l-individwu u l-kommunità sabiex jikber l-element tal-partecipazzjoni attiva li twassal ghal politika aktar effettiva w inklussiva. Kommunità aktar attiva twassal ghal pajjiz aktar attiv.




Joseph Vella:


Illum ghadna moviment li jigbor fih lil dawk kollha li jridu jaraw lil Malta l-aqwa pajjiz fl-Ewropa. Dan isir biss jekk naraw li kull individwu, hu min hu, jkun jista’ jilhaq l-aspirazzjonijet u jizviluppa t-talenti tieghu. Hemm emfasi kbira fuq il-bzonn li s-settur privat jibqa’ jigi msahhah biex b’hekk l-irwol tal-gvern fl-ekonomija ikun dak ta’ regolatur filwaqt li jkun is-settur privat li jiggenera x-xoghol u l-gid. Fuq kollox inheggeg lill-moviment tal-progressivi u moderati biex ikun il-bidla li dan il-pajjiz tant jehtieg.





Alex Saliba:

Hemm generazzjoni shiha, generazzjoni zaghzugha li tohlom u taspira li teccella fil-hajja. Generazzjoni  zaghzugha li ghandha aspirazzjonijiet kbar, generazzjoni li però qed titlef it-tama li xi darba l-affarijiet ghad jistghu jinbidlu. Tama li ghad jwarrdu l-opportunitajiet u li pajjizna joffri l-opportunitajiet ta’ pajjizi ohra Ewropej. Din hija r-raguni principali ghaliex jien attiv fi hdan il-Partit Laburista, jien attiv f’dan il-Partit ghaliex nemmen bis-shih li Joseph Muscat jista’ jerga’  jgghalna noholom, mhux holm fieragh bhal ma taghna l-Partit Nazzjonalista izda holm li jissarraf f’opportunitajiet.
 
Ahna z-zghazagh lesti li nidhlu ghall-isfida li taghna Joseph Muscat u nergghu nibnu lil pajjizna sabiex uliedna jsibuh ahjar milli se nsibuh ahna. Lesti sabiex nuzaw it-talenti taghna sabiex inkissru l-istigma politika li nawwret il-fiducja tal-poplu mill-politikanti taghna. Ahna z-zghazagh xbajna mill-politika tal-passat, xbajna mill-attakki personali li jkissru l-individwu. Ahna rridu politika li thabbat kontra xulxin l-ideat u mhux wahda li zeblah, li thammeg u li tizra’ z-zerriegha tal-mibeghda.

Bhall-Mexxej taghna, jien ukoll prodott tal-istipendji. Li kieku pajjizi flimkien mal-genituri tieghi ma tawnix is-sostenn finanzjarju matul dawn l-ahhar snin zgur li qatt ma kont nkun nista’ nkompli bl-istudji. Jien perswaz li gvern Laburista gdid mhux talli se jkompli jaghtini dawn il-benefficcji izda bhala student ser jaghti kwalità ta’ hajja ferm ahjar.

Ramon Mangion:

Ghalkemm kont u ghadni naghti kontribut fil-lokalità tieghi, nemmen li ghandi iktar x’noffri. Wara li xtarrejt il-possibilitajiet tieghi, rajt li l-Partit Laburista huwa dak il-partit li jemmen fil-hidma taz-zghazagh. Gejt ukoll f’kuntatt ma’ attivisti fi hdan il-Forum Zghazagh Laburisti u komplejt insahhah dawn il-fehmiet. Komplejt nikkonvinci ruhi meta gejt mgharraf bl-inizjattiva START, fejn rajt pjattaforma ohra fejn nkun nista’ nwassal l-ideat tieghi. Ghalhekk iddecidejt li nkun kandidat f’isem il-PL ghall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali  gewwa l-Isla. Ejjew niehdu ezempju min dawk il-Kunsilli li xprunaw hidma sfiqa fil-lokalità taghhom f’oqsma differenti. Ejjew flimkien inkunu dak il-grupp li jwettaq din il-hidma fil-lokalitajiet rispettivi taghna, f’sinergija bejn zghazagh u dawk il-kunsilliera ta’ esperjenza, dejjem b’ghaqal, b’rispett u b’dinjità lejn ir-residenti taghna.



Kevin Barun:

Kburi li naghmel parti minn dan il-moviment li tani hafna u bix-xieraq li naghti ftit lura wkoll. Kull Kunsill Lokali ghandu jkollu t-turizmu bhala wahda mill-prioritajiet fuq l-agenda tieghu u jigi mfassal pjan bil-ghaqal, fejn kull Kunsill Lokali jibbenefika mill-attrazzjonijiet turistici li ghandu. Ezempju ta’ dan hu l-ikel tradizzjonali, l-produzzjoni tal-inbid u s-siti preistorici fost ohrajn,  filwaqt li nizguraw li dawn tal-ahhar ikunu mizmuma fi stat tajjeb u mhux jithallew zdingati u jiggarrfu maz-zminijiet. Il-Kunsilli Lokali jinghaqdu flimkien f’sinergija biex bhalha nazzjon inkunu nistghu noffru pakketti turistici bhal dak religjuz, sportiv, avventuruz, stagjonali, kulinarju, cinematografiku u ohrajn, biex b’hekk nattiraw turisti ta’ valur mizjud u finalment igawdu r-residenti kollha.



Steven Axisa:


L-ghaqal nsibuh f’kopja zaghzugha li qed tipprova tibni familja, li minhabba li hadet self ghal hajjitha, bil-prezzijiet dejjem joghlew u l-kontijiet jsiru dejjem aktar nsostenibbli, b’sagrifficji kbar tara li toffri l-ahjar gejjien lill wlieda. Fuq in-naha l-ohra il-Gvern qed jonqos billi juza’ sistema ta’ Power Station li tniggez l-aktar filwaqt li ta l-genb lill rizorsi alternattivi. L-istess fil-qasam tas-Sahha; b’infieq dejjem jizdied li mhux qed jissarraf fil-kwalità tas-servizz li qed joffri lill-pazjenti. L-hekk msejjha riforma tat-trasport pubbliku zgur li ma lehqietx l-esigenzi tal-poplu, wara bosta weghdi fiergha.
 
Ahna z-zghazagh fi hdan il-Partit Laburista nahdmu sabiex insawru ideat serji biex inkunu nistghu naghmlu lil Malta ahjar. L-aspirazzjonijiet taghna m’humiex biex inqabblu lill-pajjizna mall-aghar pajjizi tal-Ewropa, sabiex nippruvaw nidhru li ahna ahjar, imma li nqabblu lil Malta ma l-aqwa pajjizi, biex b’hekk ikollna tmexxija ghaqlija. Flimkien ma’ Joseph Muscat nistghu naghmlu dan sabiex ikollna pajjiz ahjar fl-Ewropa.



Comments

 
Login Forum Zghazagh Laburisti
Copyright 2011 - Developed by www.alandarmanin.com