L-Attivizmu taz-Zghazagh fis-Socjetà Civili kienet it-tema tal-workshop tal-Forum Zghazagh Laburisti...
Il-Forum Zghazagh Laburisti organizza workshop bit-titlu tal-Attivizmu taz-Zghazagh fis-Socjetà Civili nhar il-Hamis, 19 ta’ Jannar, parti mill-Konferenza Generali Annwali tal-Partit Laburista 2012: Ghaqal fit-Tmexxija, Progress u Stabbiltà.
Hadu sehem fil-workshop ghadd ta’ kelliema membri ta’ diversi NGOs f’pajjizna gejjin minn bosta oqsma tas-socjetà. Fosthom kien hemm ghaqdiet civici, teatrali u sportivi, minn ghaqdiet filarmonici ghal dawk politici.
Il-kelliema raw mill-qrib l-aspetti tal-attivizmu fis-socjetà taghna u flimkien qasmu l-esperjenzi taghhom li ffurmaw fl-Ghaqdiet. Huma ndirizzaw l-ghanijiet ewlenien tal-hidma taghhom u tal-NGO li jirrapprezentaw, d-diffikultajiet li jsibu meta jigu biex jwettqu il-progetti, dawk ta’ rizorsi umani, finanzjari, restrizzjonijiet ta’ spazju, nuqqas ta’ kooperazzjoni, konciljar ta’ hin mall-bqija ta’ responsabiltajiet fosthom dawk tad-dinja tax-xoghol.
L-esponenti tal-Ghaqdiet tkellmu dwar l-inizijattivi u l-kampanji li jaghmlu biex jwasslu l-messagg taghhom u biex jaghtu hajja lill-progetti li jkunu jixtiequ jwettqu izda ukoll dwar l-aspetti pozittivi, l-ambizzjonijiet, holm u proposti li jixtiequ jaraw sabiex il-hdima taghhom tkun tista’ ssir ahjar.
Dawk prezenti kkontribwew permezz ta’ interventi li xprunaw id-diskussjoni. Persuni gejjin minn Ghaqdiet ambjentali, tal-konservazzjoni tal-wirt nazzjonali, Kunsill Lokali, dawk sportivi, gruppi ta’ zghazagh b’ghan civiku u ohrajn b’inzjattiva li jsemmghu lehinhom fuq drittijiet civili fuq skala nazzjonali ssuktaw jiddiskutu l-attivizmu taz-zghazagh u tal-Ghaqdiet f'bosta oqsma tas-socjetà taghna.