Nilqaghkom f'dan is-sit gdid tal-Forum Zghazagh Laburisti. Hassejna l-bzonn li naggornaw is-sit taghna sabiex jirrifletti aktar il-htigijiet tad-dinja online llum, kif ukoll jiffacilita hafna aktar il-process sabiex is-sit taghna jkun aggornat kontinwament b’dak li qed naghmlu...
Is-sit hu mahsub li jkun portal dinamiku, fejn numru ta' zghazagh minn kull laqta tal-hajja ser iwasslu l-messaggi taghhom. Huwa l-post ukoll fejn int, li forsi sal-lum ghadek m'intiex attiv, tista' tikkuntattjana sabiex tibda taghmel parti mill-Forum Zghazagh Laburisti.
Naturalment, ser nkunu qeghdin nutilizzaw is-sit sabiex nikkomunikaw bhala Ghaqda f'hiex nemmnu filwaqt li nzommu l-udjenza aggornata bl-istqarrijiet u l-pozizzjonijiet li regolarment jiehu l-FZL.
Is-sit il-gdid huwa mghammar b’kull facilità li hemm bzonn illum sabiex tissahhah il-prezenza tal-Ghaqda anke fuq is-social networks.
Ix-xhur li gejjin ser ikunu karaterizzati minn kalendarju politiku mimli daqs bajda. L-ewwel appuntament elettorali hu Marzu li gej, fejn bhala FZL kommessi li nipprezentaw numru kbir ta’ zghazagh bhala kandidati mal-Partit Laburista ghal dawn l-elezzjonijiet. It-tieni appuntament huwa prerogattiva tal-Prim Ministru meta jkun – l-elezzjoni generali. Anke hemmhekk kommessi li jkollna numru ta' zghazagh li jkunu kandidati f’isem il-Partit Laburista kif ukoll ser nkunu qeghdin nikkampanjaw bl-aktar mod b’sahhtu bl-uzu tal-mezzi kollha ta' kommunikazzjoni ghad-dispozizzjoni.
Nirringrazzjakom talli ghogobkom tidhlu fis-sit taghna, nheggigkom twaslulna l-ideat taghkom u zzommu kuntatt maghna.
Nixtieq naghlaq b’ringrazzjament lil Alex Saliba li kkordina l-process f’isem l-Ezekuttiv sabiex illum ghandna sit gdid, kif ukoll lil Alan Darmanin li ha hsieb il-process tekniku li wassal ghal prodott finali.
Daniel Jose Micallef
President FZL