Ezekuttiv FZL - Membri


Daniel Micallef - President
Daniel Micallef ilu jahdem fil-Forum Zghazagh Laburisti sa mill-2004. Fl-2007 dahal fl-Ezekuttiv bhala Deputat Segretarju Generali filwaqt li fl-2008 gie elett President, kariga li ghadu jservi fiha sal-lum. Huwa wkoll ir-rapprezentant tal-FZL fl-Ezekuttiv Nazzjonali tal-PL. 
Daniel gradwa bhala Perit fl-2008, fejn illum imexxi ufficju tieghu fir-Rabat, filwaqt li jservi wkoll bhala lecturer gewwa l-Institut tal-Arti w id-Disinn tal-MCAST fil-Mosta. 





Daniel Camilleri - Vici President

Daniel Camilleri, 25 sena. Gradwat fil-B.E.&A. u jahdem bhala perit. Gie elett fi hdan l-Ezekuttiv tal-Forum Zghazagh Laburisti fl-2007. Fl- 2011 Daniel inhatar bhala Vici-President tal-Ghaqda.







Alexander Saliba - Segretarju

Alex Saliba ilu attiv fl-FZL sa mill-2007 u sena wara nhatar Segretarju Generali tal-Ghaqda. Alex kien ukoll attiv fl-ghaqdiet studenteski fejn okkupa diversi karigi fl-Ezekuttiv tal-Ghaqda tal-istudenti Socjal Demokratici, PULSE fosthom koordinatur tal-Junior College, Ufficjal ghall-Mijda u Segretarju Generali tal-Ghaqda. Fl- 2005 gie elett fil-Kunsill ta l-iStudenti tal-Junior College f’isem l-Ghaqda PULSE fejn okkupa l-kariga ta’ Kordinatur ghall-Politika Socjali. Fl-istess sena gie elett ukoll fil-Bord Akkademiku tal-iStudenti tal-Junior College, kariga li dam jokkupa ghal sentejn. Fl-2008 ikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsill Studenti Universitarji f’isem l-ghaqda PULSE. 
Alex student tal-Ligi fl-Università ta’Malta u jinsab fl-ahhar sena ta l-istudji tieghu. Fl- 2009 beda jahdem ukoll bhala gurnalist fil-kamra tal-ahbarijiet ta' ONE. Alex huwa wkoll rapprezentant tal-Forum Zghazagh Laburisti fi hdan l-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.



Randolph de Battista - Deputat Segretarju

Randolph De Battista studja l-Ligi fl-Università ta' Malta. Jahdem fl-Ufficcju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista. Kien involut f'numru ta' ghaqdiet taz-zghazagh, fosthom l-ghaqda tal-istudenti Pulse u l-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh. Fl-ahhar snin kien parti mit-tim ta' numru ta' programmi fuq it-TV, fosthom Affari Taghna u Fattwali, kif ukoll ipprezenta programmi fuq radju. Hadem ukoll fil-midja stampata, b'mod partikolari b'rappurtaggi mill-Parlament. 





Chris Balzia - Ufficjal Finanzi

Chris Balzia twieled fl-10 ta' April 1986 u joqghod Birzebbuga. Ha l-edukazzjoni sekondarja tieghu fil-Liceo San Guzepp, Rahal Gdid, fejn umbad kompla jistudja fil-Junior College u l-MCAST. Bhalissa qed isewgi Lawrja fuq CIS mall-Università ta' Londra via Institute privata lokali . Fis-snin tieghu fis-sekondarja, Chris kien attiv f'kumitati fl-istess skola. Kien f'dan iz-zmien li beda jinbet l-interess fil-politika lokali. Fil-perjodu li attenda l-Junior College, Chris kien membru attiv tal-ghaqda Pulse, fejn kien serva ta' kordinatur ghall-Junior College ghal perjodu ta' sena kif ukoll ufficjal ghall-mijda ghal tlett snin. Il-politika kienet punt li tinteressah u assocja ruhu mal-ideali tal-Partit Laburista. Flimkien ma' hbieb ohra waqqaf il-fergha tal-FZL f'Birzebbuga fl-2008, fejn okkupa l-kariga ta' President sakemm gie co-opted fl-Ezekuttiv bhala membru. Illum qed jokkupa l-kariga ta' ufficjal finanzjarju fl-istess Ezekuttiv.  Minbarra l-interess fil-politika, impenn iehor ghal qalbu huwa l-iscouting. Chris ilu membru tal-iscouts sa mill-età ta' 7 snin u baqa' attiv fl-istess assocjazzjoni fejn bhalissa qed jokkupa kariga ta' Scout Leader mall-grupp ta' Birzebbuga.


Rene Monseigneur - Kordinatur Politiku

Renè Monseigneur, twieled il-Hamrun u ghandu 26 sena. Studja fil-Liceo San Gorg Preca u aktar tard f’Gian Frangisk Abela Junior College. Fl-2005 kiseb Lawrja mill-Università ta’ Malta, Baccellerat tal-Arti (Hons.) fl-Istudji tal-Lingwa u l-Letteratura Taljana. Issokta l-istudji tieghu u kiseb Masters of Art fil-Letteratura Taljana realistika u moderna. Ricerkatur u awtur tal-istorja tal-FZL, ppubblikata fil-ktieb "Iz-Zghazagh fil-Partit Laburista" (SKS, Mejju, 2011). Illum ikopri l-irwol ta’ Online Officer fil-qasam tal-iGaming.  





Nikita Alamango - Ufficjal Internazzjonali

Nikita Alamango ghanda 22 sena u toqghod San Gwann, Bhalissa qed tistudja Lawrja fix-Xjenza Politika fl-Univerità ta' Londra LSE. Fl-2007 inghadet mal-FZL u nhatret Segretarja Internazzjonali, kariga li ghadha tokkupa sal-llum. Fl-2008 ikkontestat b'success l-elezzjonijiet tal-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista fejn baqghet tigi eletta ghal dawn l-ahhar tlett snin. Nikita ffurmat parti minn ghaqdiet ohra fosthom il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, hadet sehem ukoll f'diversi programmi televizivi kif ukoll tar-radju u tghat sehem haj f'bosta hidmiet ohra.





Mario Gauci - Ufficjal ghal Informazzjoni

Mario Gauci twieled u trabba fir-rahal taz-Zurrieq. Studja x-Xjenza tal-Informatika. Fis-sena 2008 irrapprezenta lil Malta f’kompetizzjoni Internazzjonali, dik tal-Microsoft Imagine Cup kif ukoll fis-sena 2009 iggradwa mill-Università ta’ Malta. Fl-età ta 15-il sena gie mahtur bhala Segretarju tal-Football Nursery taz-Zurrrieq fejn aktar tard serva bhala Amministratur tal-istess club. Ghal xi zmien Mario serva ukoll fl-Assocjazzjoni Nazzjonali tal-Football Malti u attenda ghal konferenzi f’isem din l-organizazzjoni. Fl-2007 Mario issieheb mal-Forum Zghazagh Laburista, fejn fis-sena 2008 gie mahtur fl-Ezekuttiv tal-Ghaqda bhala Ufficjal responsabbli mill-Informazzjoni.




Roderick Spiteri - Membru Ufficjali
Roderick Spiteri twieled Rahal Gdid fl-1983. Studja fl-Università ta’ Malta minn fejn gradwa bhala Perit. Ilu ghal diversi snin jahdem fi hdan il-Partit Laburista, fejn serva bhala President ghal diversi snin fil-Kumitat lokali Paola u llum iservi bhala membru fl-Ezekuttiv tal-Forum Zghazagh Laburisti.






Max Zammit - Membru Ufficjali

Max Zammit ghandu 26 sena, minn Ta' Xbiex. Jahdem bhala librar fl-Università ta' Malta. Gradwat b'Diploma fil-Library and Information Studies mill-Università ta' Malta. Mill-2002 sal-2004 kien attiv fl-ghaqda studenteska Pulse fl-Junior College. Fl-2008 issieheb bhala membru fil-Partit Laburista u wara gie offrut kariga minn Aaron Farrugia fis-Segretarjat Edukattiv, illum maghrufa bhala l-Fondazzjoni IDEAT. Wara sena ta' hidma ntensiva li kienet tinkludi diversi progetti, fosthom partecipazzjoni f'konferenza tal-PES fil-Parlament Ewropew, Max gie elett fil-kumitat lokali tal-Msida fej serva fil-kariga ta' Segretarju Edukattiv ghal sentejn. F'dawn is-sentejn Max kien il-mohh wara l-ftuh tal-fergha tal-FZL gewwa l-Msida. 
F'Ottubru tal-2010 Max inghaqad mal-Ezekuttiv tal-FZL li ghadu attiv fih sal-lum, fejn jokkupa l-kariga ta Ufficjal ghar-Rizorsi Umani. Max ghandu hafna ghal qalbu il-futbol fejn fil-prezent jilghab mat-tim ta' Ghaxaq F.C. u jikkowcja wkoll it-tfal tal-Under 15 tat-tim tal-Gzira Utd.

Ray Falzon - Membru Ufficjali

Ray Falzon ghandu 27 sena u jahdem ma' kumpanija privata tal-midja. Ray beda' jahdem fil-midja tal-Partit Laburista meta kellu 16-il sena meta kien issieheb fi hdan it-tim Qawsalla. Ghal madwar ghaxar snin ipproduca u pprezenta diversi programmi kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televizjoni. Maz-zmien beda jinvolvi ruhu wkoll fil-qasam politiku u fl-2009 ikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Msida f'isem il-Partit Laburista. Matul dawn l-ahhar snin Ray involva ruhu politikament fuq livell lokali fejn ghal sentejn konsekuttivi gie elett bhala segretarju u sena ta' wara Ufficjal ghaz-Zghazagh fil-Kumitat Lokali Laburista tal-Msida . Fl-istess zmien huwa ssieheb fil-Forum Zghazagh Laburisti u f'Ottubru tal-2011 gie elett fl-Ezekuttiv tal-istess Ghaqda. Minbarra l-politika u x-xandir, Ray jinteressa ruhu wkoll f'dak kollu li ghandu x'jaqsam mall-arti u l-kultura. 



Rodnick Abdilla - Membru Ufficjali
Rodnick Abdilla ilu ghal dawn l-ahhar snin jghix ta' Sliema. Ilu attiv fl-FZL sa mill-2008 u fl-2009 gie elett bhala membru ufficjali fi hdan l-Ezekuttiv ta l-FZL. Rodnick jahdem bhala Sales Representative ma' kumpanija privata.

 
Login Forum Zghazagh Laburisti
Copyright 2011 - Developed by www.alandarmanin.com