Il-Forum żgħażagħ Laburisti twaqqaf ufficjalment nhar l-14 ta’ Jannar 1951. Jum li jibqa’ mnaqqax bi kliem tad-deheb mhux biss minhabba li rat d-dawl l-Ghaqda izda fuq kollox ghax tpoggit il-gebla tax-xewka li fuqha kellha tissejjes sittin sena hidma ta’ fejda taz-zghazagh, xhieda ta’ kemm il-Partit Laburista sa minn kmieni gharaf is-siewi s-sehem taz-zghazagh.
L-Ghaqda Zghazagh Laburisti, jew ahjar il-Labour League of Youth, kif kienet ggib isem sa mill-ewwel Statut taghha, hadmet bla heda u dlonk bdiet tikber u titkattar f’kull rahal u belt. Ma kellux jghaddi wisq zmien sakemm iz-zghazagh Laburisti kellhom jaghtu s-sehem shih taghhom ghall-gejjieni ta’ arthom. Nhar l-istrajk u l-irvellijiet tat-28 ta’ April 1958 kienu minn ta’ quddiem li ssieltu ghall-hajja ahjar tal-hafna u ghall-helsien ta’ Malta. Ta’ dan garrbu is-swat u il-fuq minn mitt zaghzugh ntefghu l-habs.
Il-membri tal-Gh.Z.L. regghu kienu minn fuq ta’ quddiem fil-bidu tas-sittinijiet u matul il-konflitt politiku-religjuz. Lorry Sant, Segretarju Generali u editur tal-organu tal-istampa tal-L.L.Y, The Struggle, kien l-ewwel li garrab l-Interdett. F’anqas minn sena l-istess piena kellha tigi estiza lill-membri tal-Ezekuttiv tal-Partit Laburista, f’April tal-1961. Iz-zghazagh Laburisti baqghu soda mat-twemminhom u stinkaw favur id-drittijiet tal-bniedem, li kulhadd jhaddan it-twemmin li ried fi Stat lajk u hieles.
Bil-hatra tal-Partit Laburista fil-Gvern fl-1971 u bil-kisbiet ewlenin tar-Repubblika u tal-Helsien tal-1979, l-Ghaqda gharfet tiggedded u tkompli tkattar hidimietha. L-Ghaqda Zghazagh Socjalisti kompliet issahhah il-prezenza taghha fuq livell lokali izda rat kif tkabbar ir-relazzjonijiet taghha ma’ organizzazzjonijiet taz-zghazagh barranin. L-Gh.Z.S. mhux biss sahhet ir-rabtiet taghha ma’ ghaqdiet taz-zghazagh ohra, fosthom mall-Ghaqda Haddiem Zghazagh fi hdan il-GWU, hadmet qatigh biex titwaqqaf fuq skala nazzjonali l-Federazzjoni tal-Ghaqdiet taz-Zghazagh Maltin, illum il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh.
Filwaqt li bosta membri tal-Gh.Z.S. gew eletti fil-Kabinett tal-Gvern Laburista, l-hidma politika ssuktat mhux biss fil-kisba tal-Helsien izda favur aktar jeddijiet civili. Fosthom nsibu z-zwieg civili; t-tnehhijha tal-piena kapitali u l-persekuzzjoni kriminali kontra l-omosesswalità u l-adulterju; kontra pjagi socjali li bdew ifeggu fost iz-zghazagh Maltin u proattiva f’qasam ta’ hsibijiet progressivi bhal dawk li xprunaw id-diskussjoni dwar l-introduzzjoni tad-divorzju lura fl-1983. Iz-zghazagh Laburisti meddew ghonqhom ghax-xoghol matul l-azzjonijiet industrijali li kienu hakmu l-pajjiz, baqghu qrib iz-zghazagh billi jwasslu l-lehen Laburista filwaqt li ma bezghux mill-konfronti, sahansitra vjolenti, minghand dawk li kienu jqisuhom bhala rivali u li fihom ma kienu jaraw xejn ghajr xkiel.
L-Ghaqda dejjem rat li zzomm il-pass mall-mixja taz-zminijiet sabiex tibqa’ dejjem tappella liz-zghazagh. Il-Forum Zghazagh Laburisti mhux biss ra kif jiggedded fih innifsu imma kellu sehem centrali fl-immodernizzar tal-Partit Laburista. Fuq din il-mewga ta’ bidla l-FZL kienet l-ewwel sezzjoni li bdiet tappella liz-zghazagh permezz tal-midja innovattivi u li tkun qrib il-generazzjonijiet il-godda.
Minkejja li ghaddew sittin sena, l-Ghaqda ghada zaghzugha aktar minn qatt qabel u hija tassew mhux biss mera tal-passat u dik tal-gejjieni, izda hija il-prezent tal-Partit Laburista.
Ghal aktar taghrif ara l-ktieb dwar is-sittin sena ta’ storja tal-Forum Zghazagh Laburisti: Iz-Zghazagh fil-Partit Laburista, pubblikazzjoni Sensiela Kotba Socjalisti, SKS, Mejju 2011, kitba u ricerka ta’ Renè Monseigneur, Ufficjal ghall-Politika FZL.