Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Il-ligi tal-koabitazzjoni hija mehtiega, l-istess il-ligi tad-divorzju u d-dritt ta’ civil partnership

Il-ligi li tirregola l-koabitazzjoni, filwaqt li hija mehtiega, m’ghandiex tkun diskussa f’izolament.

Fir-reazzjoni tieghu ghall-proposti li ressaq ghad-diskussjoni il-Kumitat Parlamentari ghall-Affarijiet Socjali, il-Forum Zghazagh Laburisti sahaq li wasal iz-zmien li; “nitkellmu fuq pakkett shih ta’ mizuri legali konnessi mal-familja, u ma nistghux nibqghu nitkellmu f’izolament dwar tema jew ohra”.

Fir-reazzjoni tieghu l-FZL qal b’mod car li huwa jemmen li; “l-ligi tal-koabitazzjoni hija mehtiega sabiex ikun hemm sigurta’ u serhan il-mohh ghal kullhadd.”

“Ma jistax ikun li koppji li jkunu ilhom snin twal jikkoabitaw u jibnu l-assi taghhom flimkien, wara l-mewt ta’ xi parti, il-parti l-ohra ma jkollha ebda drittijiet mis-successjoni tal-partner taghha.

“Ma jistax ikun li mara li tkun ghamlet snin twal trabbi lill-uliedha minn relazzjoni barra z-zwieg, fid-dar tal-partner taghha, tispicca mkeccija mid-dar, minghajr ebda drittijiet ta’ xejn, ghax il-partner ikun iddejjaq fir-relazzjoni. Irridu nassiguraw ruhna li dan l-ezercizzju tassew jindirizza l-problemi li ghandna llum u jsolvi l-anomaliji,” l-FZL sostna fir-reazzjoni tieghu.

Izda fl-istess hin l-FZL jemmen ukoll li b’dawn il-proposti li saru l-Gvern ma jistax iserrah il-kuxjenza li qieghed jindirizza r-realtajiet godda li hafna individwi qeghdin jiltaqghu maghhom wara li l-esperjenza taghhom, anke fiz-zwieg, ma tkunx marret kif mixtieq.

B’hekk l-FZL jinsisti li fl-istess hin il-gvern irid imexxi ‘l quddiem, illum qabel ghada, ligi dwar id-divorzju. L-FZL jemmen ukoll li wasal iz-zmien li jkun introdott d-dritt ta’ civil partnership ghall-persuni omosseswali.

Filwaqt li nemmnu li l-bazi tal-politika trid tkun li tissahhah il-familja, ninsistu li ma nistghux nibqghu ninjoraw ir-realtajiet li eluf ta’ persuni qeghdin jiltaqghu maghhom.

“Irridu nitkellmu fuq pakkett shih ta’ mizuri legali konnessi mal-familja, u ma nistghux nibqghu nitkellmu f’izolament dwar tema jew ohra. L-ebda mizura legali ghaqlija mhu ser tkisser il-familja – il-familji li ghandhom jitkissru, diga tkissru, u propju l-assenza ta’ qafas legali b’sahhtu li qed ikompli jaghmel il-hajja difficli ghal kullhadd.

“Jekk dan l-ezercizzju ma jsirx b’responsabbilita’, u ma jwegibx ghad-diffikultajiet u realitajiet li ghandna fis-socjeta llum, nkunu qeghdin noholqu aktar ingustizzji, aktar distakk bejn il-familji u t-tfal, u aktar anomaliji legali li bil-pass li jittiehdu d-decizjonijiet f’pajjizna idumu snin kbar sakemm jigu ndirizzati, filwaqt li s-socjeta’ qed tkompli tbati,” temm jghid l-FZL fir-reazzjoni tieghu.

Ara r-reazzjoni kollha tal-FZL

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010