Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Klassifikazzjoni iva. Censura Le.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jemmen li f’soċjetà moderna u demokratika ma għandux jkun hemm lok għat-tgħakkis tal-ħelsien tal-espressjoni permezz taċ-ċensura.

Bħala membru fil-Front Kontra ċ-Ċensura, il-FŻL jemmen bis-sħiħ fil-prinċipju hekk fundamentali ta’ kull soċjetà moderna, ħielsa u hekk imsejħa demokratika, li tagħti lok lill-espressjoni ta’ kulħadd u li ħadd ma għandu jiddeċiedi għall-ħaddieħor x’ma jistax jara, jisma’ jew jaqra.

Iċ-ċensura hija biss mezz li toħnoq u xxekkel il-ħsieb ta’ soċjetà moderna u demokratika, mezz li rajnih jiddahhal fis-seħħ ta’ spiss mill-awtoritajiet fl-ahhar zmien.

Il-FŻL juri kull solidarjetà ma’ Mark Camilleri, student Universitarju u editur tal-ġurnal Ir-Realtà, li qed jiffaċċja proċeduri fil-Qorti minħabba din il-pubblikazzjoni u li jista’ saħansitra jiġi kkundannat sentenza ta’ ħabs fuq artiklu hekk msejjaħ bħala wieħed oxxen.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jsostni li huwa ta’ għajb li llum il-ġurnata għad jkollna nassistu għall-sitwazzjoni fejn l-Università ta’ Malta tuża l-awtorità tagħha sabiex tiċċensura pubblikazzjoni meta f’pajjiżi oħra Ewropej l-istituzzjonijiet universitarji huma l-entitajiet li mhux biss jaraw li jħarsu l-espressjoni tal-kelma iżda li jistinkaw sabiex isostnu u jinċentivaw it-tkattir tal-ħsieb liberu.

Il-FŻL jara li l-Kunsill tal-iStudenti Universitarji baqa’ lura milli jieħu azzjoni f’dak il-każ, saħansitra ma ta ebda kenn u appoġġ lill-student Universitarju li bħala rappreżentanza tal-istess Korp Studentesk hija fi dmir u obbligu li tħares.

Il-FZL jifrah lil PL li permezz tal-Kelliem ghaz zghazagh u kultura, Owen Bonnici, wassal biex il-Gvern wieghed li se jsejjah il-Kumitat Parlamentari biex jirrevedi l-ligi li permezz taghha Mark Camilleri qed jiffaccja piena ta' habs.

Il-FŻL jisħaq li għandu jkun hemm qafas legali li jżomm il-pass mas-sena 2010. Il-FŻL jemmen f’sistema ta’ klassifikazzjoni tal-materjal aġġornata maż-żminijiet tallum li tassew tixraq pajjiż Ewropew, b’soċjetà ħielsa li tħares u tgħożż il-ħelsien tal-kelma bħala jedd ewlieni.

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010