Storja tal-Forum Zghazagh Laburisti
Jekk wiehed ihares lejn l-istatut tal-Partit Laburista jsib li z-zghazagh tieghu huma parti ntegrali mill-partit, ghalkhemm huma msiehba f'ghaqda li ghandha statut ghaliha. Barra minnhekk, l-Ezekuttiv tal-partit huwa fid-dmir li jghin finanzjarjament lill-ghaqda taz-zghazagh,u iktar importanti minn hekk rapprezentanti ta' l-ghaqda jpoggu fuq l-Ezekuttiv biex huma wkoll jiehdu sehem fit-tfassil tal-politika tal-partit.
Illum il-Forum Zghazagh Laburisti hija ghaqda li evolviet sewwa fi hdan il-partit, izda dak kollu li kisbet forsi ma kienx ikun possibli kieku l-ewwel gebla ma tpoggietx hamsin sena ilu.
Id-data ta' l-14 ta' Jannar 1951 hija data wisq sinjifikattiva ghall-Partit Laburista biex tibqa' ghaddeja minghajr ma wiehed jieqaf jahseb fuqha. Hija data mportanti ghaliex hija xhieda ta' l-impenn tal-Partit Laburista lejn iz-zghazagh sa minn hafna snin ilu.
Ir-Riorganizzazzjoni tal-Partit Laburista
It-twaqqif ta' ghaqda taz-zghazagh fi hdan il-Partit Laburista ma setax isir fi zmien aktar kritiku, u ghalhekk it-twaqqif taghha jikseb importanza ikbar mis-semplici fatt innifsu. Il-griehi tal-qasma fil-Partit Laburista bilkemm kienu ghadhom ghalqu. Il-partit fil-bidu tas-snin hamsin kien ghaddej minn fazi ta' rikostruzzjoni u konsolidament. Is-sitwazzjoni fil-pajjiz kienet wahda mill-aktar difficli; ekonomija mkissra, finanzi li kienu se jmissu l-qiegh, drittijiet politici mcahhda. Barra mill-problemi ta' riorganizzazzjoni, l-partit kellu jzomm harstu wkoll fuq dak li kien qed jigri fil-pajjiz, anzi aktar minn hekk hass id-dmir li jiehu l-inizzjattiva hu biex Malta tinfeda mill-kolonjalizmu u l-Maltin jibdew jigu trattati ta' poplu bi drittijiet politici shah. Fl-istess hin kien hemm wkoll il-glieda li l-partit beda biex Malta tiehu dik l-ghajnuna finanzjarja bi dritt minghand l-Ingilterra li ghal 150 sena qatt ma hasset l-obbligu morali li ma thallix lill-poplu Malti fi stat ta' tbatija u faqar liema bhalu. Izda l-isforzi biex il-Partit jirriorganizza ruhu, u minkejja li kellu l-ahjar proposti ghal titjib kostituzzjonali kif ukoll l-ahjar proposti biex Malta tikseb l-ahjar ghajnuna finanzjarja, dan kollu ma sewiex biex il-partit jirbah l-elezzjoni ta' Settembru 1950.
L-Ewwel Pass
Ghalkemm bosta kienu z-zghazagh li kienu taw sehmhom fil-kampanja elettorali tal-1950, deher li ghall-mument l-appell ma giex mismugh. Dan nistghu nissopponuh ghaliex "Demokratiku", korrispondent regolari ghall-gurnal is-Sebh, u dak li kien ghamel l-appell, stqarr hekk nhar il-5 ta' Ottubru, "Ma rridx ghall-mument nemmen li zghazagh laburisti huma bierda ghas-sejha hekk importanti." Mili jidher dan il-korrispondent kellu rieda ta' l-azzar ghaliex kien kiseb weghda minnghand l-editur li hekk kif dan jsib il-hin waqt laqgha ta' l-Ezekuttiv tal-Partit, jressaq il-proposta ghat-twaqqif ta' moviment taz-Zghazagh fil-partit. Minn dan kollu nistghu nghidu li Nestu Laviera kien strumentali fit-twaqqif ta' l-ghaqda taz-zghazagh fi hdan il-partit, tant li sa kien lest li jircievi kull korrispondenza dwar dan is-suggett fl-indirizz tieghu. "Demokratiku" ma kienx iblah. Ma ghamilx sempliciment appell u telqu ghal riehu, izda ghamel ix-xoghol preparatorju u
ddivulgahiex bhal speci juri liz-zghazagh li ma kellhomx ghalfejn jhabblu rashom minn fejn se jibdew. Sempliciment huma kellhom jibghatu l-adezjoni taghhom bhala l-ewwel pass.
L-Ewwel Appogg
Il-mossa ta' "Demokratiku", li zgur ma kienx sempliciment zghazugh mimli entuzjazmu, izda wera li kellu certu hazen politiku ta' veteran halliet l-effett psikologiku mixtieq ghaliex fil-gurnal tal-Partit bdew jidhru ittri ta' appogg. Bdew jsiru suggerimenti dwar x'ghandu jkun l-ghan ta' l-ghaqda; edukazzjoni politika u formazzjoni ta' "study groups" fuq suggetti ta' nteress lokali u internazzjonali. Veterani wkoll bdew jiktbu b'appogg ghat-twaqqif ta' ghaqda taz-zghazagh u dawn ukoll emfasizzaw fuq l-edukazzjoni politika, taghlim ta' l-istorja, socjologija, ekonomija, u xjenzi socjali - fi kliem iehor kien qed jigi mishuq li biex il-glieda politika tintrebah kien hemm bzonn li din tintrebah fuq livell intelletwali; il-glieda ta' l-imhuh kellha tanticipa dik politika!
L-Ewwel Appell
Kien f'din is-sitwazzjoni li kien beda jinhass il-bzonn li titpogga gebla ohra fis-sisien il-godda tal-Partit Laburista. Bilkemm l-imrar tat-telfa elettorali kien ghadu nizel fl-istonku , meta nhar il-21 ta' Settembru 1950 fis-Sebh, il-gurnal tal-Partit, li dak iz-zmien kien igib l-isem ta' Partit tax-Xoghol, u li l-editur kien Nestu Laviera, wiehed mill-pilastri tal-Moviment tal-Haddiema, sar appell liz-zghazagh laburisti biex jersqu "lejn il-partit numeruzi aktar mis-soltu, bil-kuragg kollu tahdmu minghajr heda biex flimkien max-xjuh ghaqlin taghna b'fehma wahda, b'qalb wahda, u hsieb wiehed, f'dana r-rigment nissieltu ma' l-ghedewwa taghna." Il-hsieb wara dan l-appell mqanqal kien li zghazagh b'sentimenti laburisti jinghaqdu f'moviment biex flimkien "max-xjuh" tal-partit jfasslu d-destin ta' Malta.
Tinhatar Kummissjoni
Iktar ma beda ghaddej iz-zmien, iktar kiber l-entuzjazmu. Ix-Xrara li kien tefa l-appell issa kienet saret huggiega. Membri prominenti tal-Ezekuttiv, bhal Danny Cremona, bdew jiktbu fil-gurnal u jheggu z-zghazagh biex jinghaqdu fil-ghaqda li issa l-preparamenti ghaliha kienu saru. Skond il-minuti tal-Ezekuttiv Nazzjonali nhar it-3 ta' Ottubru 1950, is-Sur Gerry Zammit, li mbaghad sar hu wkoll figura ewlenija fil-Partit Laburista, baghat ittra li fiha ssuggerixxa li jifforma ruhu grupp taz-zghazagh fil-partit. Fuq suggerimenti tal-Leader, Dom Mintoff, u li Mike Pulis ssekonda, giet mahtura kummisjoni ta' tlieta minn nies biex tistharreg pjan dwar it-twaqqif tal-ghaqda u tressqu ghall-approvazzjoni quddiem l-Ezekuttiv. Il-Kummissjoni kellha dritt li tikkoptja zghazagh ohra biex jghinuha. Din il-Kummissjoni kienet mghamula mis-Segretarju Generali, allura J. Attard Kingswell, minn G. Seychell u minn Mike
Pulis. Mhux wisq wara, nhar is-6 ta' Novembru 1950 s-Segretarju Generali qara "interim report" dwar it-twaqqif tal-ghaqda taz-Zghazagh. Saret diskussjoni twila fuq ir-rapport u wara s-Segretarju Generali ssekondat minn J.B. Xerri ppropona li r-rapport jigi mghoddi. Fil-fatt hekk sar, izda bi ftit emendi. Il-minuti ta' l-Ezekkuttiv la jghidu x'kien fih ir-rapport u wisq aktar x'kienu l-emendi.
Kien jidher car li l-entuzjazmu issa beda jissaraf f'azzjoni konkreta. Mhux wisq wara l-approvazzjoni tar-rapport fl-Ezekuttiv, deher avviz fis-Sebh li kien se jigi mwaqqaf Moviment taz-Zghazagh Laburisti bl-iskop li jharreg liz-Zghazagh f'taghlim politiku u socjali. Dehret wkoll formula ta' shubija li kellha tigi ndirizzata lis-Segretarju Organizzativ f'79 Triq id-Dejqa, il-Belt. Jigifieri l-ewwel isem kien dak ta' Moviment Zghazagh Laburisti.
Labour League of Youth
U l-frott ma damx biex sar. Wara hafna preparamenti u xoghol, thabbar li kellha tinzamm l-ewwel laqgha taz-Zghazagh laburisti "biex tigi ffurmata l-Labour League of Youth". Thabbar ukoll li ghal dik il-laqgha kellhom jattendu l-kap tal-Partit, il-Perit Mintoff u l-President, Leli Tabone. Dan sar biex jigi muri kemm l-amministrazzjoni tal-Partit kellha ghal qalbha din il-fergha gdida. Kull zghazugh u zghazugha 'l fuq minn sittax-il sena seta' jissieheb u jattendi ghall-ewwel laqgha.
Nhar l-14 ta' Jannar 1951
Fil-fatt l-ewwel laqgha saret nhar l-14 ta' Jannar 1951 fil-Folies Bergere l-Belt. Is -Sebh ta' nhar it-18 ta' Jannar ta prominenza kbira lil dan l-avveniment. Tajjeb li naraw ftit x'gara f'din l-ewwel laqgha ghaliex ma jidhirx li qatt sar xi riferiment ghaliha. Kien il-President Provizorju tal-Kummissjoni li organizzat kollox ghal din il-laqgha li fetah il-laqgha.
J.M. Pollacco fisser is-siwi ta' din l-ghaqda u milli jidher ghamel diskors tajjeb hafna ghaliex "gie milqugh b'capcipa li harget tassew mill-qalb. "Il-laqgha imbaghad ghaddiet biex hatret lil Danny Cremona bhala chairman u George Agius f'isem il-kummissjoni ressaq l-Istatut ta' L-Ghaqda li gie approvat b' xi emendi. Wara ghamel diskors d-deputy-leader Dr. Flores, li heggeg liz-zghazagh biex "jhabirku halli t-torca tal-partit ma tintefiex u nkomplu nkabbru u nsebbhu l-isem ta' l-ghaziza Malta. " Warajh tkellem il-president, Leli Tabone li heggeg liz-zghazagh biex "jimmonopolizzaw" il-gurnal tal-partit bil-kontribuzzjonijiet taghhom biex jqajmu iktar entuzjazmu u jnisslu kuragg. Tabone ghalaq b'kelmtejn sinifikattivi li wrew il-qofol tal-laqgha kollha. Se nikkwotah kelma b'kelma ghaliex dak li qal wiehed mill-mexxejja storici tal-Moviment tal-Haddiema ghadu jghodd illum wkoll. "Il- Partit ser jhalli testment tal-futur f'idejkom u fuqkom se titpogga
r-responsabbilta' biex il-progress tal-partit ma jieqafx. " Zgur li kieku Tabone Jkun maghna llum kien jara b' ghajnejh kemm il-partit u l-ghaqda mxew 'l quddiem u ssahhu. Ta min jghid wkoll li fid-diskorsi tal-mexxejja tal-partit saret emfazi li z-zghazagh jsegwu t-taghlim tal-Knisja kif imfisser fir-Rerum Novarum. Dan jkompli juri kemm iz-zaghzagh ta' erbghin sena ilu riedu joqoghdu attenti biex hadd u xejn ma jifirxu l-attivita' politika taghhom.
Fl-istess harga tas-Sebh li rrapurtat l-ewwel laqgha ta' L.L.Y., deher wkoll avviz bil-firma ta' Gerry Zammit, wiehed mill-attivisti kbar tal-partit fis-snin hamsin, biex il-membri jibaghtu nominazzjonijiet ghall-karigi ufficjali ta' l-ghaqda. Il-laqgha ta' l-14 ta' Jannar ma kinitx konklussiva ghaliex il-Perit Mintoff kellu jindirizza l-laqgha nhar it-28 ta' Jannar. Nistghu nimmaginaw kemm wicc iz-zghazagh laburisti tas-snin hamsin kien qed jixghel wara l-ewwel laqgha. Dan jixhdu l-kliem tal-President Provizorju, J.M. Pollacco f'artikolett fis-Sebh tal-25 ta' Jannar 1951. "Nhossni kburi u kuntent li l-appell ewlieni tieghi biex iz-zghazagh taghna jinghaqdu flimkien taht Moviment Laburista ta l-frott tieghu." Kliem car li juri li kien dan iz-zghazugh, taht il-psewdonimu "Demokratiku", li kien kebbes l-ewwel xrara.
Il-Bzonn li z-Zghazagh jinghaqdu
It-tkomplija tal-ewwel laqgha kienet mistennija bi hrara liema bhala ghaliex il-kap tal-partit kellu jindirizza ghall-ewwel darba l-ghaqda. L-entuzjazmu kien mghola s-smewwiet, u d-diskors ta' Mintoff sparah iktar 'l fuq. Mintoff spjega kif mill-ghaqda taz-zghazagh ried jinbena l-pedament sod biex il-Partit Laburista jikber u jissahhah. Iz-zghazagh kellhom id-dmir li jzommu 'l fuq it-torca li ta' qabilhom kienu garrew. Izda z-zghazagh riedu juru "fehma assoluta", kuragg kbir u rieda ta' hidma. Kien ghalhekk li kien hemm bzonn li z-zghazagh jinteressaw ruhhom fil-politika. Mintoff appella biex iz-zghazagh jistharrgu l-idejat taghhom u jitwaqqaf front zghazugh laburista ghaliex b'ghaqda fost iz-zghazagh biss "jista' jintemm is-servilizmu li ma jgibx mieghu ghajr ghaks." Bl-Ghaqda taz-zghazagh Malta kellha "taghti ezempju fil-glieda ghad-drittijiet tan-nies taghha." Mintoff kien qed jara fil-boghod. L-L.L.Y. setghet
tigi nkluza fi front wiehed mal-moviment tal-haddiema ghal meta kellha tinbeda l-glieda ghall-helsien mill-jasar tal-kolonjalizmu.
La darba kienet tpoggiet l-ewwel gebla, b'gebla wara l-ohra l-pedament beda jiehu s-sura. Minnufih nhatru bosta sotto-kumitati fosthom ghall-istampa, ghall-isport u divertiment u ohrajn. Iktar minn hekk minn fost dawk li kienu waqqfu l-kumitat provizorju bdew jitfaccaw mexxejja taz-zghazagh b'potenzjal kbir. Fosthom J. Caruana Camilleri li barra li kien membru ta' l-Ezekkutiv Nazzjonali beda sikwit jitkellem f'meetings laburisti u li sahansitra kiseb l-ammirazzjoni ta' veterani laburisti li sabu l-ispazju fil-gurnal tal-partit mhux biss biex jelogjawh izda biex ikomplu jghamlulu kuragg. Kien hemm zghazagh ohrajn li kienu qeghdin jaghtu hinhom kollu biex l-ghaqda tikber u tinfirex, fosthom George Agius, li kien wkoll l-ewwel President, u Jerry Zammit li kien l-ewwel segretarju ta' l-ghaqda. Dawn it-tnejn wara nsibuhom jiggieldu spalla ma spalla mal-mexxeja ewlenin tal-moviment tal-haddiema fil-battalji kbar li ghamel ghall-helsien ta' Malta.
L-Ewwel Attivitajiet
Sa sena u nofs wara t-twaqqif taghha l-ghaqda kienet firxet l-attivitajiet taghha sewwa. F'Mejju 1952 organizzat "political summer school" f'Wied il-Ghajn. Fost is-suggetti ta' diskussjoni kien hemm dak dwar l-istorja tal-Moviment Laburista Ingliz. Aspetti ta' avennimenti internazzjonali wkoll kienu sikwit jigu ghad-diskussjoni f'laqghat simili. Imbaghad f'Novembru ta' l-istess sena giet organizzata "Day School" li ghaliha attenda wkoll il-leader tal-Partit, il-Perit Dom Mintoff, u li fost id-diskussjonijiet kien hemm xi whud dwar l-ekonomija. Saru wkoll sensiela ta' korsijiet ghall-presidenti u s-segretarji tal-kumitati lokali laburisti fil-headquarters ta' l-ghaqda fi 126, Strada Santa Lucija l-Belt. Minn dawn l-attivitajiet wiehed ghandu jinduna li l-ghaqda taz-zghazagh laburisti hadet bis-serjeta` kollha l-impenn li teduka politikament mhux biss liz-zghazagh izda wkoll attivisti adulti tal-partit. Ma kinitx xi hidma facli ghal dawk
iz-zminijiet. Ma ninsewx li l-interess dwar suggetti bhal ekonomija, xjenzi socjali, u storja kienu affarijiet godda ghaz-zghazagh tal-klassi tal-haddiema, l-iktar meta wiehed jiftakar li l-maggoranza taz-zghazagh ma kienx mohhhom kif ikabbru t-taghrif taghhom. Is-Snin hamsin kienu snin ta' karistija. Iz-Zghazagh iktar kien mohhhom kif se jemigraw, milli kif se jedukaw rwiehhom. Ghalhekk wiehed iktar irid japprezza l-isforzi tal-L.L.Y. biex teduka liz-zghazagh politikament meta dawn kellhom hsibijiethom band'ohra jew ma kellhomx mezzi finanzjarji biex jaghmlu dan.
L-Ewwel ferghat lokali
Naturalment kien hemm min ma hax gost bil-hafna attivitajiet edukattivi li bdew jorganizzaw iz-zghazagh laburisti. L-Avversarji tal-Partit, l-iktar minhabba l-fatt li qatt ma kienu taw spazju liz-zghazagh kienu qeghdin jaghmlu minn kollox biex joskuraw l-attivitajiet tal-L.L.Y. u kienu "jimbollaw liz-zghazagh taghna b'timbri li ma jixirqilhomx". Minkejja kollox, l-ghaqda ssoktat bl-attivitajiet edukattivi taghha billi organizzat 'debates' dwar suggetti topici, kemm dwar politika u kemm dwar suggetti ta' informazzjoni generali. Interessanti li wiehed jinnota l-mod kif kienu jitmexxew dawn il-laqghat. Zgur li ma kinux xi monologu minn xi kelliem. Kien ikun hemm panel b'chairman jikkontrolla d-diskussjoni li anke kienet tkun miftuha ghall-udjenza. Fl-ahhar ta' kull 'debate' ic-chairman kien jifformula mozzjoni dwar is-suggett tad-diskussjoni u li l-udjenza riedet tivvota fuqha. Dan jfisser li d-diskussjoni kellha essenzjalment format dijalettiku
b'argumenti li kienu jigu segwiti minn argumenti kuntrarji. Minn naha tieghu dan kien ifisser li kienet preparazzjoni kbira minn min kien se jippartecipa. Iktar minn hekk dawn id-debates kienu jservu ta' esercizzju ta' dixxiplina individwali u wkoll fil-prattika tal-politika innifisha. Ta' min jghid ukoll li sa sentejn wara t-twaqqif taghha, L.L.Y. kienet bdiet tinfirex ma Malta kollha, u fost l-ewwel ghaqdiet taz-zghazagh laburisti lokali nsibu dawk tal-Hamrun, tal-Gzira, Siggiewi u Marsa u ta' Hal Qormi. Generalment l-attivitajiet taghhom kienu jigu mfassla fuq dawk ta' l-ghaqda nazzjonali biex anke fl-irhula tinbet kuxjenza dwar problemi u avvenimenti nazzjonali u nternazzjonali.
28 t'April 1958: Jum iz-Zghazagh Laburisti
It-28 t'April 1958 hija meqjusa ghalina z-zghazagh bhala d-data fl-istorja tal-qawmien tal-poplu Malti fil-glieda tieghu ghall-helsien nazzjonali. Din id-data tfakkarna fil-bidu tal-glieda li ghamel il-Moviment tal-Haddiema biex jikseb il-Helsien. Dan il-Moviment ghal bosta snin inbena u mmobilizza ruhu u sar Moviment organizzat ghall-Helsien Nazzjonali. Mhux facli li wiehed jghid x'wassal ghal grajjiet tat-28 t'April. L-istorja terfa' hafna minn dan il-piz ghax il-grajjiet kif graw u issawru huma l-bazi ta' kull avveniment li ghad li ghad irid jigri. Meta wiehed jixtarr sewwa grajjet Malta sa minn wara l-gwerra jara li mhux difficli li tifhem kif u ghaliex il-Maltin ipprotestaw kontra l-hakkiem Ingliz u s-servili hawn Malta. Il-grajjjiet tat-28 t' April kienu frott tal-politika tal-gvern Ingliz sa minn meta Malta kellha l-ewwel Gvern veru tal-haddiema.
Il-Protesti tat-28 t' April 1958 ma jibqghux biss niftakruhom ghax marru numru mhux hazin ta' Maltin il-habs. It-28 t'April jghallimna li l-glieda ghal helsien kienet wahda iebsa. Il-Gvern Ingliz kien jaf il-mizerja li kienet gejja fuq il-Maltin imma l-interessi imperjalisti jigu qabel l-interessi umani. Min naha l-ohra din kienet lezzjoni ghal gvern Ingliz li ghalkhemm hu kien b'sahhtu il-Maltin qatt ma kienu ser ihalluh jghamel li jrid bihom u li xi darba il-gvern Ingliz kellu jhallas il-kontijiet tieghu ma' Malta. Nistghu inqisu li l-avvenimenti ta' dawk il-granet kienu ferm importanti u kienu l-pedament ta' grajjiet ghall-helsien li gie wara.
U Ghalhekk il-Forum Zghazagh Laburisti ha fuq spallejh id-dmir nobbli li kull sena jfakkar id-data tat-28 t'April bhala data tal-qawmien tal-Poplu Malti fil-glieda tieghu ghall-kisba tal-Helsien.
Ghal aktar taghrif dwar il-grajjiet tat-28 t'April 1958 aqra l-ktieb Hobz u Helsien ta' Dr.Alfred Sant mis-Sensiela Kotba Socjalisti.
Naggornaw maz-zmien
L-isem u l-funzjoni tal-Forum Zghazagh Laburisti kif ninnutaw inbidel maz-zmien minn mindu twaqqfet l-ghaqda taz-zghazagh fi hdan il-Partit Laburista. L-isem tal-ghaqda nbidel minn Moviment Zghazagh Laburisti ghal Labour League of Youth fis-snin hamsin. Imbaghad ghal Ghaqda Zghazagh Socjalisti fis-snin sebghin sakemm fil-bidu tas-snin disghin inhasset il-htiega li l-ghaqda tirrevedi l-funzjoni u l-istatut taghha u l-mod kif tahdem biex tibqa' tappella ghaz-zghazagh tal-lum u ghalhekk nibet l-isem tal-Forum Zghazagh Laburisti. Minkejja dan it-tibdil li jgib mieghu iz-zmien l-istorja ta' l-Ghaqda tibqa' wahda glorjuza li tixhed il-kobor taghha u sehma fit-tfassil tal-politika ta' pajjizna.