Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Il-gvern ghandu jkompli immedjatament bl-iskema ta' l-equity sharing

22-05-2008

Huwa kundanabbli kif il-kabinett ta' Lawrence Gonzi waqqaf hesrem is-sussidju li kienu jinghataw il-koppji zghazagh fuq xiri ta' l-ewwel proprjetà permezz ta' l-iskema ta' l-Awtorità tad-Djar, bl-isem ta' Equity Sharing. Il-Gvern waqqaf din l-iskema anke jekk sa qabel l-elezzjoni generali kien qieghed iwieghed mod iehor.

Fil-fatt f'punt 217 tal-programm elettorali bit-titlu 'Flimkien Kollox Possibbli' il-Partit Nazzjonalista kien wieghed li skemi simili "se jigu estizi" u la sospizi u wisq inqas imwaqqfa. Fl-ahhar bagit ta' qabel l-elezzjoni Lawrence Gonzi liz-zghazagh kien wieghdhom : "Il-lejla se naghtikom pass iehor 'il quddiem biex tkunu tistghu ssiru sidien ta' darkom. Se naghtikom ?1.2 miljun biex l-Awtorità tad-Djar ittejjeb u testendi l-Equity Share Scheme taghha ghax-xiri ta' l-ewwel dar." Li ma qalx kien li wara l-elezzjoni kien se johdilhom lura dak il-ftit li kien se jkun ta biex jirbah il-voti.

Il-Forum Zghazagh Laburisti jikkundana l-opportunizmu politiku ta' Lawrence Gonzi u l-mod kif f'dan il-kaz ukoll qarraq biz-zghazagh. Iz-zghazagh jixirqilhom ahjar - jixirqilhom politici li mhux biss iwettqu dak li jkunu wieghdu izda li juzaw il-politika bhala mezz ta' kif iwettqu l-gid u mhux mezz biex jinkiseb il-poter.

Il-Forum Zghazagh Laburisti jinsisti mal-gvern biex b'mod immedjat ikompli l-iskema ta' l-Equity Sharing hekk kif m'ghandu jkun hemm l-ebda skuza biex ma jitwettaqx dak li kien imwieghed qabel l-elezzjoni generali tat-8 ta' Marzu.

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010