Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Budget antisocjali b mizuri li jnisslu incertezza

Reazzjoni tal-Budget mill-Forum Zghazagh Laburisti

Il-Forum Zghazagh Laburisti jistqarr li t-tariffi tad dawl u l-ilma fost mizuri anti-socjali ohra xejjnu ghal kollox il ftit mizuri pozittivi tal budget ghas sena 2009. Fil-maggoranza tieghu, l budget 2009 jkompli jdahhal incertezza kbira fil-poplu Malti u Ghawdxi u kif ukoll fl industrija u fl-ekonomija lokali. Mal-budget wiehed ma jistax jinsa l-introduzzjoni retro-attiva ta' zieda goffa fit-tariffi tad-dawl u l-ilma kif ukoll iz-zieda tal-prezz tal-gass li se sehh fix-xhur li gejjin, zidiet li mhu ser jaghmlu xejn hlief ikomplu inaqqru mid-dhul tal-familji Maltin.Minflok jilqa ghal krizi ekonomika internazzjonali, il Gvern, permezz tal mizuri mhabbra fil budget 2009 qieghed jaghti lok ghal krizi ekonomika lokali u dizincentiv ghal investiment dirett barrani (Foreign direct investment)

B'mod partikolari iz-zghazagh ser jigu milquta miz-zieda fil-licenzji tal-vetturi, specjalment dawk il-vetturi li ghandhom aktar minn hames snin. Il-Forum Zghazagh Laburisti jaqbel mal-principju li min inigges ghandu jhallas, izda l-Gvern jinsab maqtuh mir-realitajiet tal-poplu u kif il-pagi baxxi u l-prezzijiet gholjin (meta mqabbla ma stati ohra membri ta l unjoni ewropeja) ma jippermettux il-lussu li jbiddlu l-vettura taghhom tant spiss. Ta' min ifakkar li l-Gvern Nazzjonalista qabel l-Elezzjoni weighed li tali riformi ghandhom jaffettwaw lil min jixtri vettura u mhux lil min digà ghandu vettura. L-incertezza tkompli tizdied anke fid-dawl tal-pizijiet kbar li jgorru koppji zghazagh biex jixtru l-propjeta taghhom u biex jassiguraw l-aqwa edukazzjoni ghall-uliedhom.

Il-Forum Zghazagh Laburisti jilqa l-incentivi li inghataw biex isir investiment f'sorsi alternattiva ta' energija, ghalkemm dawn ghandhom ikunu miftuhin ghal kullhadd u mhux ghal numru zghir u ristrett ta familji. L-ambjent m'ghandux ikun ballun politiku, u ghandu jitfassal pjan bejn il-Gvern u l-Opposizzjoni b'miri cari li jorbtu lil kull Gvern fl-implimentar ta' dan il-pjan ambjentali. L-FZL jilqa' wkoll l-incentivi biex nisa li jkollom it-tfal jirritornaw fid-dinja tax-xoghol. Tali mizuri ghandhom jitpoggew f'qafas aktar wiesa ta' proposti, bi pjan olistiku f'kull qasam li jindirizza l-problemi li l-poplu qed jaffaccja f'kull qasam.

Il-budget prezentat mill-gvern taht l-ghajta responsabbilita, sostenibilita, solidarjeta juri z-zewgt ucuh tal-Prim Ministru. In-nefqa ta' 70 miljun aktar qrib l-Elezzjoni Generali u l-korruzzjoni li hakmet l-intraprizi tal-Gvern fl-ahhar snin hija bod min attitudni responsabbli, filwaqt li l-introduzzjoni tal-mizuri tad-dawl u l-ilma b'mod retro-attiv fid-dawl tal-krizi ekonomika internazzjonali hija kontra kull teorija ekonomika li qed jaddattaw il-Gvernijiet kollha madwar id-dinja biex jassiguraw ekonomija sostenibbli. Il-Gvern Malti qed jippreferi jiehu l-flus minn but in-nies biex isewwi l-izbalji kalkulati tieghu ghall-skopijiet elettorali, milli jinvesti u jaghti kuragg lill-poplu f'dan ix-xenarju li ma jawgura xejn sabih. Il-Gvern Nazzjonalista lanqas kellu dicenza li juri solidarjeta mal-poplu li tah it-tielet mandat elettorali, u 7 xhur biss wara li nghata l-istess mandat qed jaghmel ghall-kollox il-kontra ta' dak li wieghed.

Huwa ghalekk li l-Forum Zghazagh Laburisti iheggeg iz-zghazagh Maltin u Ghawdxin sabiex ikunu prezenti ghall-Manifestazzjoni Nazzjonali ta' nhar il-Hadd gewwa l-Belt Valletta.

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010