Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Gonzi, Gatt u Cristina ghandhom jitolbu apoligija lill-istudenti ta’ l-MCAST

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ghandu jitlob apologija f’isem il-gvern lill-istudenti, l-genituri taghhom u l-lecturers ta’ l-Mcast ghax bi traskuragni 600 student li riedu jibdew bl-istudji taghhom fl-IT fl-MCAST baqghu jistennew ghal xahrejn.

Il-Forum Zghazagh Laburisti isostni dan ghax wara l-investigazzjonijiet dwar allegati irregolaritajiet mill-Bord tal-Ghazla u d-Dipartiment tal-Kuntratti, fl-ghoti tal-kuntratti lill-private training providers biex joffru t-taghlim tal-ICT f’isem l-MCAST, il-pulizija qalet li fil-Bord tal-Ghazla kien hemm traskuragni li ghalkemm ma tammontax ghal att kriminali, izda xorta wahda ghandu jkun assigurat li ma tergax issehh.

Huwa tal-misthija kif il-Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista qieghed jipprova jiehu vantagg politiku min din is-sitwazzjoni billi jiftah attak fuq il-Partit Laburista u l-kelliema tieghu. Minflok l-MZPN messu attakka n-nuqqas ta’ serjetà u professjonalità li ntwerit f’din ic-cirkostanza. Dan ghax jghid x’jghid l-MZPN xejn ma jhassar mill-fatti li l-Bord tal-Ghazla biddel il-marki tal-ewwel rapport tieghu, qered l-ewwel rapport tieghu, u rrakkomanda biex jinghatw il-kuntratt kumpaniji li ma lahqux il-kriterji stabbilti minnu biex jipprovdu tahrig u edukazzjoni xieraq liz-zghazagh fil-qasam tal-informatika u t-tekonologija tal-komunikazzjoni f’kosijiet tal-MCAST.

Li kien ghall-Bord tal-Ghazla messhom hadu l-kuntratt il-kumpaniji kollha li tefghu l-offerta, anke dawk li skont il-pulizija sett ghamlu dikjarazzjonijiet foloz dwar il-facilitajiet taghhom, inkluz li jghidu li huma accessibbli ghal persuni b’dizabilità meta fil-fatt m’humiex, u li ghandhom il-permessi kollha u hames snin esperjenza biex jghallmu f’dan il-qasam.

B’nuqqas ta’ professjonalita kbira l-Bord tal-Ghazla lanqas biss indenja jivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-kumpaniji meta fil-bord kien hemm persuni li jafu li dawn il-kumpaniji ma lahqux il-kriterji stabbiliti.

Il-Forum Zghazagh Laburisti jawgura li din it-traskuragni ma tkunx ripetuta halli b’hekk ma jkunx hemm il-htiega li 600 zghazugh jithallew jistennew xahrejn qabel jibdew il-kors taghhom.

Ghal din it-traskuragni li kawza taghha spiccaw batew l-istudenti ghandu jkun il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-Ministru Austin Gatt u l-Ministru Dolores Cristina li jerfghu r-responsabbilta’ politika u ghalhekk iridu jkunu huma li jghamlu apologija.

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010