Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

L-istudenti mhumiex sempliċiment numru

Stqarrija dwar it-trattattivi bejn il-Gvern u l-UMASA.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) jesprimi l-appoġġ u s-sostenn kollu tiegħu lill-istudenti Universitarji u jemmen bi sħiħ lid-drittijiet akkademiċi u dawk demokratiċi tal-istudenti għadhom jiġu mħarsa.

Il-FŻL jqies is-sitwazzjoni preżenti bħala waħda intollerabbli u inġusta mall-istudenti, u fid-dawl ta' dan kollu jappella għall-aktar rieda tajba min-naħat kollha involuti ħalli dawn jassiguraw li l-eżitu finali jkun wieħed ekwu u jintleħaq bla tkaxkir tas-saqajn. Il-Gvern għandu id-dmir u l-obbligu li jimpenja ruħu sabiex jintlaħaq qbil bla ebda telf ta' żmien u sabiex jintlaħaq ftehim kollettiv ta' benefiċċju għall-partijiet kollha involuti. Għaldaqstant jħeġġeġ lill-Gvern sabiex ma' jwebbisx rasu aktar u jirritorna mall-mejda tad-diskussjonijiet mill-aktar fis possibbli sabiex tinstab soluzzjoni xierqa li ma tkomplix tixħet pressjoni u tiżra' l-inċertezza fost l-istudenti.

Il-FŻL jemmen li l-istudenti huma msieħba sħaħ tal-istess istituzzjoni u proċess edukattiv u bħala tali għandhom jkollhom sehem aktar sħiħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet u jintwera rispett lejn il-fehmiet u d-drittijiet tagħhom. Il-FŻL jisħaq lis-sistema edukattiva għanda ddur mall-istudent u mhux viċi-versa, fejn l-istudenti għandu jkun iċ-ċentru u l-milja tas-sistema edukattiva. Għalhekk l-istudenti m'għandhom qatt jinżammu jagħmlu tajjeb għas-skapitu tas-sistema, fejn l-interessi u l-progress akkademiku tal-istudenti m'għandhom qatt jiġi mittiefsa.

Il-FŻL tassew jemmen li 'l-istudenti mhumiex sempliċiment numru jew saħansitra klijenti tal-edukazzjoni għaldaqstant il-FŻL jitlob sabiex tinstab soluzzjoni adegwata mingħajr ebda telf ta' żmien.

Il-FŻL se jkun qed jipparteċipa matul ir-rally studentesk u d-dibattitu ta' nhar is-7 ta' Jannar fl-Università ta' Malta

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010