Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

L-MZPN irid iqarraq

Forum Zghazagh Laburisti jinnota li l-Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista ried iqarraq meta hareg stqarrija biex jikkundana lill-Partit Laburista ghaliex mhux se jkun qieghed jaghti l-pairing.

Mhux biss l-MZPN ried iqarraq izda prova jaghti wkoll stampa mhux kompleta tal-fatti kif inhuma. Dan ghax kien il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li ressaq mozzjoni biex ghall-ewwel darba fi 30 sena ibiddel il-mod ta' kif jahdem il-Parlament. Xi haga li Lawrence Gonzi kien kostrett jaghmel biex jirritalja wkoll ghad-diskussjoni li jrid il-PL dwar l-estensjoni tal-Kon-Katidral ta' San Gwann.

L-attitudni tal-klikka arroganti fi hdan il-PN immexija minn Lawrence Gonzi, qed iddejjaq mhux biss liz-zghazagh u l-poplu Malti, izda anke lil numru ta' Membri Parlamentari Nazzjonalisti.

Min-naha l-ohra l-PL huwa lest, u offra kemm–il darba li fuq diversi temi jkun hemm front wiehed fl-interess nazzjonali, anke fid-dawl ta' l-isfidi li pajjizna qed jaffaccja. Ezempju car ta' dan kienet il-ligi proposta dwar it-tibdil fil-klima, izda kullhadd jaf kif bl-attitudni arroganti tal-Gvern, ma wasalna mkien.

Il-poplu Malti u Ghawdxi jinsab dizappuntat kif f'inqas minn sena minn wara l-Elezzjoni Generali, l-Gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi mhux talli ma wettaqx diversi weghdi elettorali, bhal dik li johorgu sejhiet pubblici ghall-hatriet membri fil-Bordijiet, izda sahansitra saru affarijiet li jmorru l-kontra ta' dak imwieghed.

Iz-zghazagh jistennew li dak li jigi mwieghed f'Kampanja Elettorali ma jkunx duhhan u gideb, izda jkun il-programm li fuqu jahdem il-Gvern elett. Fuq kollox iz-zghazagh qeghdin jippretendu li l-ghajta ta' Flimkien Kollox Possibbli tibda tkun attwata minn dan il-gvern ghaliex sa issa f'kaz wara l-iehor rajna arroganza liema bhala li kixfet kif ghandna Prim Ministru ta' Zewg Ucuh.

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010