Il-‘feminist Network’ u l-‘LGBT Network’ fost l-inizzjattivi godda fl-Istatut tal-FZL
Waqt Laqgha Generali Straordinarja gewwa c-Centru Nazzjonali Laburista gie approvat tibdil fl-istatut tal-Forum Zghazagh Laburisti. Permezz ta’ dan it-tibdil fost l-ohrajn gew imwaqqfin zewg networks importanti fi hdan l-FZL, li huma l-‘Femminist Network’ u l-‘LGBT Network’. Dawn jigbru fi hdanhom zghazagh bi twemmin simili bl-ghan li jipproponu politika li tindirizza d-drittijiet ta’ interessi differenti fosthom tal-komunita’ gay.
Fi kliem il-President tal-FZL Daniel Micallef, it-tibdil li gie approvat illum huwa messagg qawwi li l-ghaqda trid tghaddi. “B’differenza minn haddiehor, ahna nemmnu li kulhadd ghandu jkollu drittijiet indaqs. Ghaldaqstant nemmnu li ghandna l-obbligu li nsemmghu lehen dawn iz-zghazagh u nindirizzaw il-htigijiet taghhom, fis-socjeta tallum.” Huwa appella wkoll ghal dawk iz-zghazagh li interessati jiffurmaw parti minn dawn in-networks, sabiex jinghaqdu mal-FZL.
Emendi ohrajn importanti approvati jinkludu l-fergha tal-FZL f’Ghawdex fejn issa din il-fergha giet meqjusa bhala regjun li tigbor fiha l-lokalitajiet kollha ta’ Ghawdex, filwaqt li bil-vot tallum, gie assigurat ukoll li Ghawdex ser ikollha dejjem rapprezentanza fl-Ezekuttiv tal-FZL.
Matul il-Laqgha Generali giet approvata wkoll mozzjoni mressqa mill-Ezekuttiv bit-titlu “Socjeta inklussiva, Socjeta b’sahhitha”. Din il-mozzjoni titratta l-hidma tal-FZL favur socjeta li ma tharisx lejn il-pozizzjoni finanzjarja jew it-twemmin izda lejn l-abbiltajiet tal-persuna.
Il-President Daniel Micallef, f’diskors fi tmiem il-laqgha fakkar ukoll fit-tibdil li sar fl-istatut tal-Partit Laburista f’Novembru li ghadda u fil-kisba importanti li ghamlu z-zghazagh matul dik il-Konferenza Generali hekk kif assiguraw rapprezentanza ikbar fil-partit. Micallef sostna li t-tibdil fl-istatut tal-FZL huma konformi ma’ dak li sar mill-PL sabiex il-hidma tkun aktar effettiva u l-kordinazzjoni tkun aktar b’sahhitha.
Matul il-Laqgha li ghaliha attendew il-membri tal-FZL, indirizzaw ukoll lil dawk prezenti l-President tal-PL Stefan Zrinzo Azzopardi u d-Deputat Mexxej ghall-Affarijiet tal-Partit, Toni Abela, li filwaqt li awguraw lill-ezekuttiv tal-FZL ghall-hidma tieghu, tkelmu dwar l-isfidi li ghandhom iz-zghazagh illum il-gurnata u dwar is-sehem li dawn ghandhom fit-tfassil tal-politika tal-PL ghall-pajjiz.