L-MEPs ghandhom jigu ggudikati fuq it-Track Record taghhom - LGBT
LGBT Network tal-Forum Zghazagh Laburisti (FZL) temmen li l-MEPs kollha ghandhom jigu iggudikati fuq ir-rizultati li kisbu u/jew kif ivvotaw tul dawn l-ahhar 5 snin. Sfortunatament it-track record tal-PN ma tantx huwa wiehed tajjeb fir-rigward ta nies LGBT u id-drittijiet taghhom.
Lilhinn mill-paroli ta qabel l-elezzjonijiet ir-rizultati juru li l-MEPs tal-PN astjenew u sahansitra ivvutaw kontra diversi rapporti u rizoluzzjonijiet dwar nies LGBT! Fl-2006 kif ukoll fl-2007 David Casa hasel idejh minn rizoluzzjonijiet li kkundannaw l-omofobija u il-vjolenza kontra nies LGBT waqt li Simon Busuttil mar pass iktar u ivvota kontra ir-rizoluzzjoni ta l-2006 li ttrattat il-vjolenza kontra nies gay. Aparti dan iz-zewg MEPs Nazzjonalisti astjenew u/jew vvutaw kontra 4 rapporti ohra li ttrattaw nies LGBT jigifieri ir-rapporti “Catania”, “Buitenweg”, “Lynne” u “Zdonaka”. LGBT network b'dispjacir tinnota ukoll li lanqas wiehed mill-kandidati tal-PN ma ffirma il-pledge li qieghda taghmel l-ILGA Europe fejn qieghda titlob lill-kandidati ghall-elezzjonijiet tal-PE biex jweghdu li jahdmu kontra vjolenza fuq nies gay kif ukoll li jaraw li l-ebda pajjiz fl-UE kif ukoll gar taghha ma jikser drittijiet fundamentali tal-bniedem u li jirrigwardaw lil nies LGBT b'mod specifiku.
L-LGBT Network theggeg lil nies LGBT biex izommu quddiem ghajnejhom dawn ir-rizultati meta fis-sitta ta' Gunju jitfghu il-vot taghhom ghal dawk li jixtiequ li jirraprezentawhom fl-UE, b'hekk biss jistghu jassiguraw li id-drittijiet ta nies gay ma jigux minsijin u mitfughin f'xi kexxun sakemm tasal l-elezzjoni li jmiss!!
LGBT Network (FZL)
Albert Gauci Cunningham