Iz-zghazagh iridu jkunu protagonisti fil-moviment tal-progressivi u l-moderati - Joseph Muscat
"Irrid li z-zghazagh ikunu fuq quddiem nett fil-hidma tal-Partit Laburista ghaliex iz-zghazagh iridu jkunu l-protagonisti fil-moviment tal-progressivi u l-moderati li rridu nibnu." Kien dan il-messagg tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta kien qieghed jindirizza l-laqgha generali annwali tal-Forum Zghazagh Laburisti. Joseph Muscat heggeg lill-Forum Zghazagh Laburisti biex fi zmien li gej ikun iktar pro-attiv u wieghed li dawn iz-zghazagh mhu se jsibu l-ebda rezistenza fil-hidma taghhom, ghaliex il-Partit Laburista huwa l-partit taz-zghazagh. Matul il-messagg tieghu Joseph Muscat tkellem dwar kif bil-fatti l-Partit Laburista huwa l-partit tal-valuri Ewropej u sahaq li rega' wasal iz-zmien li jerga' jintbaghat sinjal car li l-Partit Laburista huwa l-partit ta' l-ideat u tal-valuri Ewropej. Joseph Muscat talab liz-zghazagh Laburisti biex iwiegbu l-mistoqsija, ghaliex huma Laburisti u sostna li l-fatt li gejjin minn familji Laburisti m'ghandux ikun bizejjed. "Ghazilt lill-Partit Laburista ghax nemmen li kulhadd ghandu jkollu c-cavetta tas-success fil-hajja. Ghaliex nemmen li rridu nghinu lil min jaqa lura fis-socjeta' izda fl-istess hin nemmen li anke min sejjer tajjeb rridu nkomplu nimbuttawh biex jekk jista jkun jigri iktar 'il quddiem," tenna Joseph Muscat. Il-laqgha generali kienet indirizzata wkoll miz-zewg Deputati Mexxeja Laburisti Dr Anglu Farrugia u Dr Toni Abela, mill-President tal-Partit Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi, li fl-ahhar sentejn serva ta' liaison officer bejn il-Forum Zghazagh Laburisti u l-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista u minn Aaron Farrugia, li temm il-kariga tieghu bhala President tal-Forum Zghazagh Laburisti u Daniel Micallef, li gie elett bhala President gdid tal-Forum Zghazagh Laburisti.