Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Il-Housing ghandu jkun parti integrali mill-politika nazzjonali taz-zghazagh

Wara li analizza fid-dettall l-abbozz li hejja l-Gvern bil-hsieb li jemenda il-Politika Nazzjonali taz-Zghazagh, il-Forum Zghazagh Laburisti (FZL) jemmen li filwaqt li l-abbozz isemmi b’mod tajjeb d-diversi temi li jolqtu liz-zghazagh direttament, l-istess abbozz huwa nieqes mill-metodu ta’ kif il-miri msemmija se jkunu qeghdin jintlahqu.

Anke jekk l-abbozz jinkludi diversi dikjarazzjonijiet u punti ta’ principju, li kif spjegat fir-reazzjoni li kienet ippreΩentata lis-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, l-FZL jaqbel maghhom, min hejja dan id-dokument baqa lura minn kwalunkwe dettall dwar kif il-punti diversi li jissemmew se jkunu eventwalment implimentati. Dan fl-istess hin li nnotajna li hemm temi importanti, bhal Housing, li huma eskluzi minn dak li qieghed jipproponi l-gvern.

Intant il-Politika Nazzjonali taz-Zghazagh ma tkun tiswa xejn jekk il-gvern ma jibdiex mill-iktar fis possibbli jindirizza oqsma li huma ta’ thassib ghal diversi zghazagh.

Fost ohrajn nemmnu li fil-qasam EDUKATTIV ghandha tithaddem sistema fejn mil-livell sekondarju toffri tahrig vokazzjonali, bil-ghan li iktar zghazagh ikunu incentivati jissoktaw bl-edukazzjoni taghhom fl-MCAST.

Ghalkemm l-abbozz isemmi l-izvilupp tat-taghlim elettroniku l-abbozz ma jidentifikax bhala mira dak li jtejjeb l-accessibiltà taz-zghazagh fid-dinja virtwali, biex tingheleb l’hekk imsejjha digital divide.

Punt iehor li l-istess abbozz jonqos milli jindirizza huwa l-bzonn li l-istituzzjonijiet kollha f’pajjizna jkunu accessibbli ghal persuni b’dizabbilità.

Fil-qasam ta’ l-IMPJIEGI l-ahhar rizultati mhabbra xejn ma kienu pozittivi. Tlieta minn kull ghaxar persuni bla xoghol huma zghazagh taht id-29 sena.

Filwaqt li l-abozz jaghraf il-bzonn ghall-transizzjoni aktar facli bejn l-iskola u d-dinja tax-xoghol ninnotaw li l-Universita’ ta’ Malta ghadha lura hafna meta tigi biex thejji l-haddiema f’dik li hija prattika. F’dan ir-rigward jidher li l-MCAST qieghed jaqdi funzjoni ahjar.

In-numru ta’ persuni li l-uniku impjieg li ghandhom huwa part-time huwa fenomenu li qieghed jizdied. Fih innifsu dan huwa diga punt tat-thassib. Izda iktar minn hekk huwa tat-thassib kif dawn il-haddiema qeghdin ikunu esposti ghal kundizzjonijiet mhux xierqa sahansitra mhedda jekk ilissnu mqar kelma wahda dwar il-possibbilta’ li jissiehbu f’union. Il-Gvern ghandu jara li jinghalqu loop holes kollha fil-ligi u hu stess ghandhu jkun ta’ ezempju billi kumpaniji li ma jirrispetawx id-drittijiet tal-haddiema ma jiehdux kuntratti tal-gvern.

Tema li dan l-abbozz jonqos milli jindirizza hija dik tal-HOUSING li kulhadd jaf li hija wahda mill-ikbar diffikultajiet li jiltaqghu maghhom iz-zghazagh. Il-Gvern ghandu jassigura li l-politika f’dan il-qasam tkun wahda sostenibbli, li thares ‘l quddiem u li zzomm l-interessi tal-generazzjonijiet futuri f’mohhha.

L-FZL juri thassi tieghu ghal mod kif skemi ta’ l-Awtorita tad-Djar bhal equity sharing twaqqfu hesrem u dwar kif koppji zghazagh f’Ghawdex kienu trattati meta wara li kienu mwieghda post qabel l-elezzjoni wara nfurmawhom li l-progett tal-Housing li kienu se jgawdu minnhu gie sospiza.

Fir-reazzjoni tieghu l-FZL jireagixxi ukoll ghal dak propost fl-oqsma tal-Gustizzja, l-Arti u l-Kultura, l-Volontarjat, l-iSport, id-Divertiment u l-Ambjent. F’dawn l-oqsma ma jonqsux ukoll diversi proposti mill-FZL. .

Ir-reazzjoni ta’ 24 pagna mhejjija mill-FZL tista’ titnizzel f’forma ta’ dokument billi taghfas hawn.

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010