L-Università ghandha taghti sinjal ta’ direzzjoni lill-pajjiz – Joseph Muscat
L-Università ghandha taghti sinjal ta’ direzzjoni lill-pajjiz fejn ikollha sehem li twassal forom differenti ta’ formazzjoni professjonali fosthom fil-qasam tat-turizmu biex kull servizz li jinghata fil-pajjiz jikkontribwixxi ghal prodott ahjar.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat fi tmiem zjara li ghamel fl-okkazjoni ta’ Freshers’ Week, organizzata mill-Kunsill tal-Istudenti Universitarji.
Dr Muscat qal li l-investimenti li saru fl-Università jridu jigu mantnuti u rridu naraw li jsir l-aqwa uzu mill-apparat u makkinarju li jezisti. Huwa qal li jezistu sfidi kbar bhala Università ta’ Malta.
Huwa sostna li ra wkoll li jezistu anke sentiment anti-konformista fil-hsibijiet tal-istudenti universitarji u dan huwa ta’ gid biex jinholoq dibattitu interessanti fl-Università.
Joseph Muscat gedded l-impenn tal-Partit Laburista li jsostni u jzomm l-istipendji u anke jizdied l-investiment fl-istudenti Universitarji.