Pre-Budget Document
Il-FZL ihoss li filwaqt li d-dokument huwa bicca xoghol akkademika tajba, jonqos milli joffri ideat godda u mizuri konkreti li joffru opportunitajiet godda ghall-poplu Malti. Ghalkemm hu dokument dettaljat, specjalment fejn tidhol l-analizi fuq Malta, naqas milli jkun incisiv fil-proposti tieghu. Ghalkemm nifhmu li certu mizuri jithabbru waqt il-qari tal-Budget, nemmnu li proposti imressqa mill-partijiet Socjali ghandhom jigu nkluzi f’dan id-dokument.
Il-FZL jemmen li huwa important li l-Gvern jaghraf li pajjizna ghandu bzonn stimolu ekonomiku li jhares il-bod, stimolu li jservi sabiex pajjizna jibda jesperjenza tkabbir ekonomiku li jgawdi minnu kullhadd, u li jservi sabiex joghla l-livell ta’ ghejxien tal-poplu Malti. Il-Gvern huwa fid-dmir li jahdem sabiex jattira investiment ta’ kwalita, li pajjizna jkollu nies preparati ghall-impjiegi specjalizzati, b’industriji kontemporanji bbazati fuq ir-ricerka u l-izvilupp.
B’rizultat tal-Politika Finanzjarja ta Gvernijiet successivi Nazzjonalisti, illum pajjizna qieghed fi stat li ma jistax jilqa ghall-mewg tal-krizi internazzjonali. Filwaqt li pajjizi ohrajn fiz-zona Ewro diga qed jesperjenzaw tkabbir, li jfisser li hergin mir-ricessjoni, f’Malta ghandna xenarju fejn il-Gvern tilef il-kontroll tal-finanzi tal-pajjiz, bin-numru ta’ zghazagh bla mpjieg jizdied, b’pilastru ekonomiku bhat-turizmu fil-limbu, u b’inflazzjoni u oghli tal-hajja li qed jipperikolaw l-ghejxien ta’ eluf ta’ familji. Barra min hekk, wiehed irid janalizza fiex qed jinstabu l-impjiegi godda, il-pagi u il-kundizzjonijiet taghhom, ghax il-verita’ turi li dawn sejrin ghall-aghar u l-haddiema qedin jigu kostretti icedu id-drittijiet taghhom biex jissalvagwardjaw l-impjieg taghhom.
Rigward l-inflazzjoni, studji juru kif Malta ghandha l-iktar rata gholja ta’ inflazzjoni. Dan hu inkwetanti mmens meta wiehed iqis li la ghandna tkabir ekonomiku u lanqas il-pagi tal-haddiema mhu qedin jgholew. Il-Gvern irid jara li ma jkunx hu stess il-kawza ta’ l-gholi tal-hajja – b’hekk illum qabel ghada jrid jibda jithaddem mekanizmu li jhares lill-konsumaturi.
Ghalhekk, fost il-proposti taghna ghall-budget hemm li jiddahhlu mizuri bl-ghan li jsahhu iktar il-familja, mizuri li joholqu ambjent li jinkoragixxu lil kullhadd jahdem b’mod produttiv. Wasal iz-zmien li tigi mfassla sistema ta’ Child Care Centres sostenibbli fl-iskejjel taghna stess; investiment f’ R & D; ninkoragixxu iktar il-process ta’ re-skilling tal-haddiema; titnaqqas il-VAT fir-ristoranti; politika fuq it-Turizmu serja li tiehu hsieb il-problemi tas-settur; iktar koperazzjoni mas-settur Finanzjarju biex jghinu lill-Intraprizi Zghar u Medji, skemi ta’ Housing fattibli li jghinu lill-koppji zghazagh u fuq kollox li l-infieq Kapitali ghandu jkun indirizzat lejn il-prijoritajiet tal-pajjiz. Aghar minn hekk il-Gvern qed ikun hu stess il-kagun ta’ instabilita u incertezza, b’dikjarazzjonijiet ta’ Ministri ewlenien li jnisslu biza fil-poplu specjalment fejn jidhlu t-tariffi tad-dawl u l-ilma.
Filwaqt li nilqghu b’sodisfazzjon d-diskussjoni li qed issir fuq il-COLA, wasal iz-zmien li anke l-istudenti jigu kkunsidrati fejn jidhlu zidiet li jirriflettu l-gholi tal-hajja. L-istipendju ilu stagnat ghall-snin twal, u ma jirriflettiex l-ispejjes li student jiltaqa’ maghhom fil-hajja tieghu. Ghalhekk nipproponu li tinghata zieda imqarr parzjali li tghin l-istudent fil-hajja studenteska tieghu.
Kienu bosta l-kazi specjalment ricenti, li fihom hareg bic-car li l-Gvern mhuwiex bil-ghaqal fl-infieq tieghu. Aghar minn hekk, il-poplu qed jigi maghfus kagun tat-taxxa mohbija tal-korruzzjoni. Il-Gvern irid juri rieda li jelimina din il-problema, u mhux ikun hu l-kagun taghha. Ghalhekk jistonaw dikjarazzjonijiet tal-Ministru tal-Finanzi li fihom isemmi s-servizzji socjali bhala piz, filwaqt li l-akkuzi ta’ miljuni ta’ Ewro mitlufa jibqghu bla twegiba. Sahansitra l-Gvern qed jevita li jikkonfronta l-Oppozizzjoni fil-Parlament dwar il-kas tal-misthija tal-estenzjoni tal-Power Station ta’ Delimara.
Wasal iz-zmien li mill-kliem nghaddu ghall-fatti – dak li qed jistennew iz-zghazagh mill-Gvern meta nhar it-Tnejn jithabbar il-Budget ghas-sena li gejja.
Ir-reazzjoni mhejjija mill-FZL tista’ titnizzel f’forma ta’ dokument billi taghfas hawn.
Ir-reazzjoni mhejjija mill-FZL bil-lingwa Ingliza tista’ titnizzel f’forma ta’ dokument billi taghfas hawn.