Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Budget ta Gvern mhux kredibli

Il-Budget imhabbar mill-Ministru Tonio Fenech ghas-sena 2010 huwa Budget ta Gvern mhux kredibbli. Il-Budget stess jikkonferma li l-Gvern ma lahaqx il-miri tieghu.

Il-Gvern ta Lawrence Gonzi mar zmerc fil-miri finanzjarji tieghu u f Budget wara l iehor qiegghed iwieghed l-istess affarijiet li jibqghu ma jsirux. Sena u nofs ilu il-Gvern ta Gonzi tela fuq l-ghajta li sas sena 2010 il-pajjiz ser jesperjenza surplus, izda issa l istess Gvern qed jistma li jkollu zbilanc ta 3.93% tal-GDP.

Qabel l-elezzjoni Lawrence Gonzi kien jghid li s-surplus huwa importanti biex nsalvaw l-impjiegi. Lawrence Gonzi issa qieghed jghid li d-deficit huwa mportanti biex nsalvaw l-impjiegi. Il-kwistjoni tad deficit hija biss ezempju wiehed ta Gvern li mhux kredibbli.

Il-FZL jesprimi s-sodisfazzjon tieghu ghall-fatt li l-COLA inghatat b mod shih. Fl-istess waqt l-FZL ifakkar li din iz-zieda kienet biss rizultat tal-mod kif il-Gvern ta Lawrence Gonzi ma rnexxilux irazzan l-gholi tal-hajja. Gholi tal-hajja li f pajjizna qed jaffettwa lil kullhadd u ghalhekk l-FZL jemmen li anke l istudenti ghandhom jinghataw xi ghamla ta kumpens. F dan ir rigward, pozitiv li l-Gvern qieghed jghid li se jwaqqaf l-Agenzija tal-Konsumatur. Proposta li ila issir mill Partit Laburista u li n-nuqqas tal-Gvern li jagixxi dwarha fisser biss piz fuq il poplu Malti.

Is-settur tat-turizmu, pilastru ta l ekonomija Maltija u t-tama ta impjieg u opportunitajiet ghal hafna zghazagh, ukoll ser ikollu jhabbat wiccu mar ras iebsa ta Lawrence Gonzi. Gonzi rega njora lill-operaturi fis settur u ma rtirax it-taxxa ta 50c fuq kull turist mhabbra fil-Budget ta sena ilu u li ser tidhol fis-sehh f Marzu li gej. Aparti li f dan is-settur il-Gvern kien xott hafna u ma tahx il priorita mehtiega, naqas ukoll milli jiehu l-ezempju ta pajjizi ohrajn Ewropej fejn ma hax l-opportunita ta darba li taghat l-EU sabiex titnaqqas il-VAT fir-ristoranti.

Gvern mhux kredibbli wkoll, ghax sentejn wara li rebah elezzjoni fuq l-ghajta ta Gvern Ambjentali, din id-darba l-ambjent ma kienx priorita u inghata l-genb. Inutli wkoll li l-Gvern joqod ihabbar skemi biex in-nies jinvestu f apparat tajjeb ghall-ambjent izda imbad jghaddihom minn martirju meta jigu biex jiehdu r-refunds taghhom. 1,890 persuna ghadhom jistennew biex jiehdu refund tas solar water heaters ta l iskemi ta sena ilu.

Bhala FZL ninsabu mhassbin ukoll dwar il-piz kbir li ser jinghadda fuq il-konsumaturi specjalment dawk zghazagh, wara li l-Gvern mhux ser jibqa jiffinanzja lill-MEPA b’€6 miljuni fis-sena. Huwa ovvju li dawn il-flus il-MEPA ser tara kif tigborom minn ghand il-konsumatur, ewlenin fostom koppji zghazagh li ser jinvestu fl-ewwel propjeta taghhom. Din il-mizura tkompli titfa l-melh fuq il-ferita fuq il-falliment fl-iskemi tal-Awtorita tad-djar. Wara li s-sena l-ohra thabbru skemi li twaqqfu qabel intefqu l-flus allokati ghalihom, din is-sena l-Gvern ma ndirriza bl-ebda mod din il-problema kbira li qed jaffaccjaw iz-zghazagh

Intant nilqghu b sodisfazzjon id-diversi mizuri li ttiehdu fil-qasam edukattiv u fil-qasam kulturali. Fost dawn il-mizura li taghti stipendju lil zghazagh bejn is-16 u 20 sena li jinstabu bla mpjieg jew mhumiex jistudjaw, filwaqt li jattendu courses full time fejn jinghataw tahrig u jiksbu kwalifika rikonoxxuta. Pozittiv ukoll il-hrug ta boroz ta studju ghall-arti, u z-zieda fil finanzjament lil entitajiet kulturali.

Il-Gvern izda naqqas l ispiza fil-qasam tas-sahha, fl-istess waqt li qed jghid li ser jindirizza l problema “skandaluza” tal-waiting lists. L-FZL ifakkar ukoll li Lawrence Gonzi kien weighed li sa l 2008 l-Iskema ta l ispizjar ta l ghazla tieghek ser tkun qed tithaddem madwar il-pajjiz kollu. Minkejja dan il Budget intqal li tul is sena 2010 ser tkun estiza fuq 50,000 persuna ohra; realta li tmur lil hinn minn dak li kien intqal originarjament.

Numru ta progetti ohra qedin ikunu mweghda ghat tieni, it tielet jew sahansitra ir-raba darba. Fost dawn, l-investiment fiz zoni industrijali ta Kordin u x-Xewkija, ix-xoghol fuq il-gonna ta Villa Rundle t Ghawdex, il-Unit tar Radjologija fl isptar Generali t Ghawdex, Biotechnology Park f San Gwann u tisbieh fl-Imgarr Ghawdex

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010