Il-Forum Zghazagh Laburisti japprova mozzjoni dwar id-divorzju
Fil-laqgha generali annwali li saret nhar l-Erbgha 2 ta’ Dicembru l-Forum Zghazagh Laburisti approva mozzjoni li tappella lill-Partit Laburista biex minn issa jibda jhejji biex il-proposta ghal-legislazzjoni dwar id-divorzju tkun parti mill-Manifest Elettorali tieghu ghall-elezzjoni li jmiss.
Meta kien qed jitkellem dwar din il-mozzjoni l-President tal-Forum Zghazagh Laburisti, Daniel Micallef sostna li: “spicca z-zmien li bhala partit noqoghdu pass lura milli nghidu dak li nemmnu fih.”
“Bhala partit progressiv, wahda mill-issues krucjali se tkun id-drittijiet civili. F’pajjiz li issa ilu membru shih tal-Unjoni Ewropea hames snin, ma jistax ikun li meta jqumu diskussjonijiet fuq certu drittijiet, dawn jew jintefghu taht it-tapit, jew inkella titpogga sarima mill-awtoritajiet konservattivi ma halq min jazzarda jiftah halqu,” zied jghid Micallef.
Micallef temm jghid li permezz ta’ din il-mozzjoni l-Forum Zghazagh Laburisti kien qed jilqa’ l-isfida tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat, biex il-Forum ikun il-qalb progressiva thabbat tal-Partit Laburista u fejn hemm bzonn ikun anke pass qabel il-Partit Laburista.
Nemmnu bis-shih fil-valur tal-familja.
Nemmnu wkoll li t-tmexxija ta’ pajjizna ghandha tiehu l-mizuri kollha possibbli bil-ghan li l-familja tissahhah.
Minkejja dan, nemmnu wkoll li pajjizna ma jistax jibqa jinjora l-fatt li fis-socjeta’ taghna jezistu realtajiet godda, realtajiet differenti. Huma realtajiet ta’ persuni li ghaddew jew ghaddejin minn diffikultajiet kbar. Persuni li sfortunatament, id-direzzjoni li hadet hajjithom ma kienetx dik mixtieqa.
Nemmnu li permezz ta’ legislazzjoni responsabbli dawn in-nies ghandu jkollhom cans iehor f’hajjithom.
Nemmnu li dawn il-persuni ghandhom id-dritt li jiddeciedu huma jekk iridux jiehdu jew le dan ic-cans li jibnu familja mill-gdid.
Ghalhekk il-Forum Zghazagh Laburisti jemmen li wasal iz-zmien li f’pajjizna tiddahhal legislazzjoni li tintroduci d-divorzju.
Nemmnu li din ghandha tkun legislazzjoni studjata bir-reqqa u li thares lejn l-ahjar prattici ta’ legislazzjonijiet simili madwar id-dinja. Dan il-process ghandu jkun wiehed li jibda mill-iktar fis possibbli. Pajjizna ilu wisq zmien jinheba wara l-iskuza li trid issir diskussjoni.
Illum jidher bic-car li l-amministrazzjoni konservattiva ta’ pajjizna qed tghazel li tkompli tinjora din ir-realta.
Ghalhekk irid ikun il-Partit Laburista, li bhala l-partit progressiv ta’ pajjizna, bhala l-partit li f’pajjizna introduca drittijiet civili mill-iktar importanti, issa jkun il-partit li jmexxi ‘l quddiem din it-tip ta’ legislazzjoni.
Ghaldaqstant din il-konferenza tappella lill-Partit Laburista sabiex minn issa jibda jhejji biex il-proposta ghal-legislazzjoni dwar id-divorzju tkun parti mill-Manifest Elettorali tieghu ghall-elezzjoni li jmiss.
Liema proposta tkun tghid li Gvern Laburista idahhal f’pajjizna legislazzjoni dwar id-divorzju.