Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

La Mara ... tizewweg ragel

15-07-08

Il-Forum Zghazagh Laburisti jixtieq jesprimi l-appogg tieghu lil Joanne Cassar, il-persuna li minkejja li llum hija rikonoxxuta bhala mara, s'issa ma thallietx tizzewweg ragel. Wara li fil-jiem li ghaddew Cassar hadet il-kaz taghha fil-Qorti Kostituzzjonali, il-Forum Zghazagh Laburisti jhoss li ghandu jesprimi l-appogg tieghu lejn din il-kawza gusta. Nemmnu li persuna rikonoxxuta bhala mara, dan wara li ghamlet 'gender reassignment' u b'hekk assumiet is-sess femminili b'mod irriversibbli, ghandha kull jedd li tizzewweg civilment ragel.

Qeghdin niehdu din il-pozizzjoni mhux ghax nemmnu li neccesarjament irridu naghmlu bhal pajjizi ohrajn, izda ghax ahna konvinti li f'dan l-istadju huwa sempliciment dritt ta' din il-mara li tizzewweg ragel. Xejn iktar u xejn inqas. F'dan l-istadju rridu naghmluha cara li din hija biss il-pozizzjoni ufficjai tal-Forum Zghazagh Laburisti. Nittamaw li l-kaz inkwistjoni jkun rizolt b'mod sodisfacenti f'pajjizna u ma jkunx hemm ghalfejn jitla' quddiem il-Qorti Ewropea tal-Gustizzja biex Joanne tkun tista' tizzewweg persuna tas-sess oppost taghha f'pajjizna.

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010