L-FZL se jsahhah il-hidma tieghu favur Ewropa socjali
Il-Partit Laburista se jkun qieghed isahhah l-impenn u l-hidma tieghu favur Ewropa Socjali. Kien dan il-messagg ewlieni tal-Forum Zghazagh Laburisti u ta' Claudette Abela Baldacchino lill-membri tal-Euoropean Community of Socialist Youths (ECOSY) li kienu qeghdin jiltaqghu ghal summer camp fi Franza.
"Naqsmu maghkom il-hsieb li l-Ewropa trid politika socjali ahjar u mhux inqas politika socjali. Ahna kommessi li nahdu favur opportunitajiet indaqs ghal kulhadd fejn hadd ma jaqa lura," sostna l-FZL mad-delegati fi Franza.
Minn naha taghha Claudette Abela Baldacchino, f'isem il-Grupp Socjalista fi hdan il-Kumitat tar-Regjuni, fl-indirizz taghha lill-madwar 2,000 zaghzugh u zaghzugha prezenti ghas-summer camp, sahqet li l-isfida li z-zghazagh ghandhom quddiemhom hija dik favur Ewropa li tirrealizza li hija maghmula minn nies u li huma z-zghazagh li jistghu jibdlu l-isfidi li ghandha quddiemha l-Ewropa fi progress ghal kulhadd.
It-tema trattata fid-diskussjoni li matulha hadet sehem Abela Baldacchino kienet l-Ewropa Socjali fl-isfond tal-manifest tal-Partit tas-Socjalisti Ewropej ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Gunju li gej. Fost il-kelliema kien hemm Benoit Hamon MEP, Mia DeVits MEP, Zita Gurmai MEP u President tal-PES Women, Philip Cordery Segretarju Generali tal-Partit tas-Socjalisti Ewropej u Dirk Jarre, Vici President tas-Social, Platform.
Abela Baldacchino tkellmet dwar l-impenn tal-Partit Laburista favur Ewropa Socjali hekk kif sostniet li anke l-Partit Laburista jinteressah mill-prezent u l-futur taz-zghazagh li jridu jghixu hajja ferm ahjar minn dik li qed jghixu llum kemm socjalment, finanzjarjament, u f'ambjent li joffri sahha ahjar. Emfasizzat ukoll il-htiega li z-zghazagh ikunu parti mill-istrutturi li ghandhom ifasslu l-prezent u l-futur ewropew.
Fis-summer camp iz-zghazagh prezenti awguraw ukoll lill-Mexxej Laburista Joseph Muscat ghall-hatra tieghu waqt li kien imfakkar l-impenn, l-energija u l-entuzjazmu li huwa kellu fi hdan l-ECOSY matul iz-zmien li fih kien fit-tmexxija tal-Forum Zghazagh Laburisti.