Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Kull zaghzugh ghandu dmir isemma` lehnu favur Malta progressiva u moderata

12-08-2008

Il-Forum Zghazagh Laburisti jemmen li z-zghazagh Maltin u Ghawdxin ghandhom jingabru u jghaqqdu l-isforzi taghhom biex huma, iktar minn haddiehor, joholqu kurrent genwin ta` progressivi u moderati f`pajjizna.

FL-okkazjoni tal-Jum Dinji ghaz-Zghazagh, l-FZL issostni li f`pajjizna hawn htiega li l-konservattivizmu jigi fix-xejn u li jittiehdu dawk il-mizuri mehtiega biex pajjizna tassew isir Ewropew u liberali.

Huwa biss jekk iz-zghazagh, `il hinn mill-isqaqien tal-politika partiggjana, jagixxu u jitkellmu biex ikattru opinjoni pubblika dwar dak li hemm bzonn jinbidel, li Malta verament tkun tista` taggorna ruhha maz-zminijiet u mal-valuri tal-Kontinent.

Iz-zghazagh iktar minn haddiehor huma, min-natura taghhom anti-konformisti u moderni fl-atteggjament taghhom u ghalhekk kull zaghzugh ghandu dmir isemma` lehnu favur Malta progressiva u moderata.

F` dan il-Jum ukoll, il-FZL ifakkar fl-eluf ta` zghazagh fid-dinja li ta` kuljum qed ibatu sofferenzi kbar minhabba gwerer u glied fost il-pajjizi. J`Alla l-Jum Dinji taz-Zghazagh jispira l-mexxejja tad-dinja biex jiehdu decizjonijiet li minflok ikissru l-hajja taz-zghazagh fid-dinja, jseddquha u jkabbruha.

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010