Merħba fis-sit tal-Forum Żgħażagħ Laburisti

Bilanc bejn id-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet

20-08-2008

Il-proposta tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat li z-zghazagh Maltin u Ghawdxin ta' 16 - il sena jinghataw id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali hija proposta li tohloq bilanc mehtieg bejn id-drittijiet u r-responsabbiltajiet taz-zghazagh Frott l-opportunitajiet edukattivi li matul is-snin inholqu minn amministrazzjonijiet differenti li mexxew pajjizna, r-responsabbiltajiet taz-zghazagh zdiedu bil-kbir minn dak in-nhar li l-Partit Laburista kien estenda l-vot minn persuni ta' 21 sena ghal dawk li ghandhom 18-il sena. Illum zghazagh ta' 16 -il sena diga qeghdin jiehdu decizjonijiet importanti hafna ghal hajjithom. Decizjonijiet li jorbtu b'mod partikolari mal-qasam edukattiv. Dan bhal meta jigu biex jaghzlu s-suggetti u l-istituzzjonijiet edukattivi li se jattendu fihom, f'liema istituzzjonijiet edukattivi mhux biss ikunu qeghdin ifasslu l-futur izda jghixu l-prezent taghhom. Jistghu jiddeciedu wkoll jekk ikomplux jistudjaw jew inkella johorgux jahdmu u ghalhekk ihallsu t-taxxa. Hekk xieraq li liz-zghazagh naghtuhom rwol fid-decizjoni bhal per ezemju Kunsilli Lokali. Izda iktar minn hekk iz-zghazagh ghandhom kontribut kbir x'jaghtu f'dawk li huma ideat. Ghandhom il-hila li jesponu ideat friski u nnovativi. Il-Forum Zghazagh Laburisti jemmen li f'dan l-istadju ghandu jkun hemm diskussjoni miftuha dwar il-hsieb espress mill-Mexxej Laburista. Min qieghed jopponi minghajr ma jkun miftuh ghad-diskussjoni jkun qieghed jghid biss lil dawn iz-zghazagh li m'ghandhomx kontribut x'jaghtu lis-socjeta. Huma hafna dawk li jhossuhom komdi jitkellmu dwar il-fatt li z-zghazagh huma l-futur ta' dan il-pajjiz, izda l-Forum Zghazagh Laburisti jfakkar li z-zghazagh mhux biss huma l-futur izda huma wkoll il-prezent.

FORUM ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI, ĊENTRU NAZZJONALI LABURISTA, TRIQ MILE-END, ĦAMRUN © 2000-2010