Mhux Konsumaturi Izda Shab
Il-Forum Zghazagh Laburisti jtenni li l-istudenti m'humiex sempliciment klijenti ta' l-edukazzjoni. Il-konvinzjoni taghna hi li l-istudenti ghandhom jigu kkunsidrati bhala shab shah ta' l-istess istituzzjonijiet edukattivi.
Huwa dan il-punt ewlieni li l-FZL irid jenfasizza hekk kif qeghdin fil-bidu ta' sena akkademika gdida fl-università ta' Malta.
Fil-gimghat li gejjin l-FZL se jkun qieghed jiddiskuti diversi proposti dwar kif nistghu naslu ghal sistema edukattiva fejn l-istudenti jkunu meqjusa bhala shab fis-sistema edukattiva. Dan ghax ahna nemmnu f'edukazzjoni ta' l-oghla kwalità ghal kulhadd.
Bhala socjal-demokratici u progressivi ahna nishqu li l-edukazzjoni m'ghandiex biss taqdi s-suq tax-xoghol izda ghanda taghti s-sehem taghha lejn cittadinanza dinamika, lejn socjetà aktar demokratika, lejn il-helsien u l-emancipazzjoni ta' l-individwu. Ghal dawn l-ghanijiet ahna qeghdin nishqu l-htieha ta' edukazzjoni ta' kwalità u tat-twettiq shih tal-Process ta' Bologna.
Ahna konxji li bl-istrategija ta' Lisbona, sa l-2010 l-Ewropa trid issir l-aktar ekonomija msejsa fuq l-gharfien, ghalhekk il-Kummissjoni Ewropea qed tindirizza riformi fi hdan l-oghla istituzzjonijiet edukattivi.
F'kull statistika hekk mhabbra dwar l-Agenda ta' Lisbona, Malta qed tisfa ma' ta' l-ahhar. Ghalina dan mhux accettabbli. Il-holma taghna hija li nkunu l-aqwa fl-Ewropa. L-istedina taghna hija lill-istudenti Maltin u Ghawdxin kollha biex ikunu huma lkoll parti mir-riforma li trid issir fil-pajjiz biex dan l-ghan jintlahaq.