Il-Prim Ministru ma` jistax jibqa` jinjora l-kwistjoni tal-gender balance
Il-Forum Zghazagh Laburisti qieghed jappoggja l-kampanja send2women.eu filwaqt li fl-istess hin iqis l-atteggjament tal-gvern Malti, li baqa ma nominax mara ghall-post ta’ Imhallef fil-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem, bhala wiehed mhux accetabbli u tal-misthija.
Send2women.eu
F’kaz li t-Trattat ta’ Lizbona jidhol fis-sehh tul l-2009 se jkun hemm erba’ karigi gholja fl-Unjoni Ewropea x’jimtlew: il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni, il-President tal-Parlament Ewropew u r-rapprezentant gholi ghall-affarijiet Barranin.
Sa issa ma kien hemm l-ebda mara li ssemmiet bhala kandidat potenzjali ghal wahda minn dawn il-karigi. Nemmnu li l-Ewropa ma jistax ikollha biss wicc maskili. Ghalhekk qeghdin ninghaqdu fit-talba biex il-Kapijiet ta’ l-istati Membri u l-Kummissjoni jaraw li l-proccess biex jimtlew dawn il-postijiet ikun wiehed gust u miftuh u li jaghti kaz il-bilanc bejn is-sessi.
Huwa ghalhekk li l-Forum Zghazagh Laburisti u l-membri tieghu ffirmaw il-petizzjoni send2women.eu.
Inaccetabbli
Fl-istess waqt nqisu bhala mhux accettabbli l-attitudni tal-gvern Malti li baqa` ma nnominax mara bhala wahda mit-tliet nomini ghall-post ta’ Imhallef fuq il-qorti ta’ drittijiet tal-bniedem ta’ l-Ewropa.
Ma nemmnux li f’pajjizna m’hawnx mqar mara wahda ideali u li ghandha l-hiliet mehtiega biex tokkupa kariga simili.
Il-FZL jappella lill-gvern Malti biex jinqata mill-politika ta’ l-imghoddi u jibda jaghti kaz il-kwistjoni ta’ gender balance. L-ewwel pass ghandu jkun li jinnomina mara fost it-tliet persuni nominati ghal din il-kariga.